Lokali | One News - Part 2160

Notifiki

Omm ħatja li qatlet lil uliedha

Omm ta’ 37 sena akkużata bil-qtil tat-tliet itfal tagħha, ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha. L-omm saqet għal ġo xmara bit-tfal tagħha li kellhom bejn sena u erba’ snin. Każ li jmur lura għas-sena 2015 f’Melbourne, l-Awstralja.

Aqra aktar

Joħroġ ċar li l-PN inqabad u ma jafx x’se jaqbad jgħid – il-konferma tinsab f’email ta’ Ann Fenech

Waqt konferenza tal-aħbarjiet ftit tal-ħin ilu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qali li mill-konferenza tal-aħbarijiet tas-Sibt li għadda sal-lum, il-poplu Malti u Għawdxi baqa fil-għama dwar jekk il-PN ħallasx lura l-kwart ta’ miljun li tah Zaren Vassallo.

Flus li Vassallo ta xahar wara li ngħata art f’Ħal Qormi minn Jason Azzopardi, b’mod li l-Awditur Generali jiddeskrivih bħala wieħed li ghandu jwassal li tintrefa’ responsabbiltà politika.

Il-Ministru qal li Simon Busuttil ma kienx kapaċi jippublika prova waħda li turi li l-kaz Lowenbrau ma kellu x’jaqsam xejn mal-għotja ta’ €250,000 li tahom il-benefattur u benefiċjarju tagħhom Zaren Vassallo.

Aqra aktar

Festivals Maltin b’timbru Ewropew

Rikonoxximent Ewropew jista’ jwassal għal orizzont ta’ opportunitajiet permezz ta’ networking ma esperti ta’ esperjenzi u fehemiet differenti f’kwalunkwe qasam.

Issa diretturi lokali tal-festivals se jkollhom dan iċ-ċans ikollhom it-timbru EFFE, Europe for Festivals Festivals for Europe, biex kull ma jmur jikber l-impatt artistiku Malti fis-suq Ewropew, u joffri opportunitajiet uniċi għall-artisti tagħna.

Aqra aktar

Ħadd ma jweġġa’ f’serqa minn ħanut f’Ħal Qormi

Kien għall-ħabta tal-4:50 ta’ wara nofsinhar,  meta raġel mgħammad daħal jisraq minn ħanut fi Triq San Edwardu kantuniera ma’ Triq Ġuże` Muscat Azzopardi, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u liebes hoodie daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata sabiex ittih il-flus.  Il-ħalliel, li kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Aqra aktar

Pulizija dabbar daqqa ta’ tazza

Membru tal-Korp tal-Pulizija qala’ daqqa ta’ tazza waqt logħba futbol fil-Victor Tedesco l-Ħamrun. B’rabta ma’ dan il-każ hemm raġel arrestat, li mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

AĠĠORNAT: MARA MEJTA KAWŻA TA’ NIRIEN FID-DAR TAGĦHA

Mara ta’ 50 sena, li kienet tgħix waħidha, tilfet ħajjitha wara li nirien ħakmu r-residenza tagħha fl-Isla.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla marru minnufih fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa residenza fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Aqra aktar

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jiċħad dak li ppubblikat is-Sunday Times

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ċaħad b’mod kategoriku dak li ppublikat is-Sunday Times dalgħodu. Fi stqarrija l-Ministeru qal li l-artiklu tal-gazzetta huwa mimli bl-ineżattezzi, nuqqas ta’ kuntest u għandu l-għan għewlieni li jħammeġ ir-reputazzjoni b’mod qarrieqi.

L-istess artiklu kien deskritt bħala partiġġjan fin-natura minħabba li l-problemi reali effettivament seħħew sew qabel Marzu tal-2013.

Aqra aktar

Riedu bis-saħħa u approvawh b’telefonata

Ikompli joħroġ fil-beraħ kemm il-Kap Nazzjonalista ried b’mod urġenti lil Salvu Mallia biex ikun il-kandidat stilla tal-Partit Nazzjonalista. F’risposta għall-mistoqsijiet tal-gazzetta Kullħadd, l-eks Ministru Nazzjonalista Joe Borg, li llum huwa ċ-Chairperson tal-Kummissjoni li tapprova l-kandidati Nazzjonalisti saħaq li Salvu Mallia ma deherx quddiem il-kummissjoni, iżda fuq insistenza ta’ Simon Busuttil, Mallia ġie approvat wara sempliċi telefonata.

Aqra aktar

Tal-ħamiem jgħidu li se jispiċċaw il-Qorti mal-Awtorità tal-Ippjanar

NISKOPRU L-ISPORTS TAL-ĦAMIEM U NISTAQSU DWAR IT-TGERGIR TAL-ĠIRIEN

Ġieli l-lofts tal-ħamiem jittellgħu fuq il-bjut (ġieli anki ta’ blokki ta’ appartamenti) b’mod li jkerrhu l-ambjent. Fost oħrajn stħarriġna kemm huma permessi dawn il-lofts u kemm suppost li dak li jkun iżomm ħamiem fihom.

Sibna li hemm fehma differenti bejn il-verżjoni uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar u r-rappreżentant tad-dilettanti tal-ħamiem meta mistoqsija dwar x’jirregola l-gallinari tal-ħamiem, magħrufa wkoll bħala pigeon loft.

Filwaqt li l-kelliem tal-Awtorità jispjega kif tiddeċiedi l-istess entità, il-President tal-Federazzjoni tal-Ħamiem tat-Tiġrija jgħid mod ieħor u saħansitra jargumenta li l-Federazzjoni daqs tazza ilma tispiċċa l-Qorti mal-Awtorità tal-Ippjanar.

“Il-MEPA m’għandha x’taqsam xejn mal-pigeon racing. Il-MEPA tirregola strutturi. Mela jekk jien, fid-dar tiegħi għandi struttura illegali, tista’ tkellimni, iżda fil-MEPA m’hemm l-ebda policy li tirregola pigeon loft. Jiġifieri xi darba, mal-MEPA se nispiċċaw il-Qorti, għax m’hemm l-ebda policy,” jgħid Farrugia.

Aqra aktar

“Fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba”

• Ir-reazzjoni tal-Iżvediżi wara d-deċiżjoni li l-fond “ta’ Tonio Fenech” jitmexxa minn Awdituri

Kienet ċara r-reazzjoni tal-Aġenzija Żvediza għall-Pensjonijiet dwar id-deċiżjoni li Falcon Funds, li tiegħu hu direttur l-eks Ministru Tonio Fenech, jgħaddi f’idejn awditur biex jamministrah.

“Nilqgħu d-deċiżjoni tal-MFSA. Dan ifisser li sa fl-aħħar il-fond se jkollu tmexxija tajba,” qal il-Kap tad-Dipartiment Legali fi ħdan l-Aġenzija tal-Pensjonijiet Żvediża, Mikael Westberg.

Aqra aktar

Send this to a friend