Lokali | One News - Part 2159

Notifiki

FILMAT: Bjorn jitkellem dwar l-aħħar xhur ta’ ħajtu

Bjorn Formosa li qed jaffaċċja l-kundizzjoni serja tal-ALS, ftit tal-jiem ilu ħabbar fuq is-sit soċjali facebook li kien se jagħmel operazzjoni hekk kif il-kundizzjoni tal-ALS daħlet f’fażi oħra, fażi li taffetwa l-muskoli u li kawża tagħha Bjorn ma jistax jiekol aktar.

Aqra aktar

Unuri għal sportivi nazzjonali

SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li tkun mistennija ħafna mid-dilettanti tal-isport lokali speċjalment mill-atleti, coaches u amministraturi Maltin.

Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta’ ’l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena, sa’ mill-ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il-ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali.

Aqra aktar

Approvat xogħol ta’ tisbiħ fil-foss tal-Belt Valletta

L-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-foss tal-Belt Valletta , xogħlijiet li se jkunu qed jikkumplimentaw  il-proġett li se jsebbaħ u jagħti ħajja ġdida lill-pjazza madwar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li tinsab fl-entratura tal-Belt.

Aqra aktar

Simon Busuttil se jgħidilhom korrotti lil tal-EPP waqt is-summit f’Malta?

Wara li lbieraħ għajjar lill-kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej korrotti, fosthom membri li ġejjin mill-istess EPP li jappartjeni fih il-Kap tal-Oppożizzjoni, wara li ġie approvat il-proġett tal-enerġija, il-Partit Laburista staqsa jekk Simon Busuttil hux se jkun qed jagħmel l-istess fis-summit li se jorganizza hawn tal-Partit Popolari Ewropew?

Aqra aktar

Send this to a friend