Lokali | One News - Part 2152

Notifiki

Il-Port il-Kbir jilqa’ aktar mistednin

Żdiedu b’ 4.3% it-turisti li ġew f’pajjiżna fuq cruise fl-2016 meta mqabbel mal-2015. Dan ifisser li t-total tal-passiġġieri li niżlu fi xtutna tul il-vaganza tagħhom permezz ta’ cruise liner kien ta’ 626,082.

Aqra aktar

Nuqqas ta’ qbil bejn il-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-MUT

Il-Fakultá tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Universitá ta’ Malta ma qablitx mal-istqarrija li għamlu l-Malta Union of Teachers (MUT) li ddeskrivit il-kundizzjonijiet tal-għalliema bħala medjokri u li qed iwasslu għall-kriżi fil-professjoni tal-għalliema.

L-unjin tal-għalliema lmentat ukoll mid-diversi riformi li fi kliemha ma jagħtux nifs lill-għalliema u kellha kritika wkoll lejn il-fakultà tal-edukazzjoni fl-università ta’ Malta li fiċ-ċirkostanzi ma bdietx korsijiet filgħaxija.

Aqra aktar

Tista’ tkun int li tara l-ewwel fjammi abbord ajruplan

Mara tweġġa’ gravi – inċident fis-siegħa ta’ filgħodu fil-Mosta

Illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.

Vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa min mara ta’ 33 sena, residenti l-Mosta, baqet dieħla ġo cint, b’rizultat il-vettura ħadet in-nar.

Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikat li qed ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

1,824 ġenitur jgħidu LE għall-uniformi u IVA għat-tracksuit

1,824 ġenitur jemmen li t-tfal għandhom imorru l-iskola bit-tracksuit.

Dawn  jemmnu li apparti l-fatt li tracksuit tnaqqas il-kesħa, it-tfal ikunu aktar liberi li jiċċaqalqu u titnaqqas it-tbatija għall-ġenituri ta’ tfal li għandhom ġenituri bi tfal bi bżonnijiet spejċali.

L-espert fid-dehra Ludwig Saliba  spjega li l-importanza mill-aspett etsetiku, filwaqt li aċċenna wkoll il-ħtieġa li l-uniformi tkun magħmulha b’mod li jkun aktar komdu għat-tfal. Spjega li mit-tfal, wieħed ma jistennix xi serjetà reġimentata bħal ma wieħed jistenna fuq postijiet tax-xogħol.

Charles Caruana Carabez, eks edukatur, wieġeb “absolutely” meta mistoqsi hemmx bżonn bidla totali fil-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni. Staqsa jekk il-preżenza tal-uniformi hix mossa demokratika jew komunista.

Dawn il-punti tqajmu waqt il-programm pjazza u li kienu diskussi flimkien ma’ Joanne Muscat, omm li ffirmat il-petizzjoni online.

Aqra aktar

Send this to a friend