Lokali | One News - Part 19

Notifiki

Ħabs għal żagħżugħ li nqabad jittraffika d-droga

Erbgħatax-il xahar ħabs għal żagħżugħ ta’ 27 sena wara li fil-Qorti nstab ħati b’pussess u traffikar tad-drogi raża tal-kannabis, kannabis kif ukoll kokajina. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Marzu li għadda meta l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga għamlu tfittxija f’appartament f’San Pawl il-Baħar. Aqra aktar

“Inwasslu l-benefiċċji tal-telefonati orħos lejn pajjiżi tal-UE mill-15 ta’ Mejju” – l-MPE Marlene Mizzi

Mil-lum 15 ta’ Mejju, il-prezz fuq it-telefonati u l-messaġġi fl-Istati Membri tal-UE ma jistgħux jaqbżu l-limiti l-ġodda introdotti fi Brussell. Din hija t-tieni kisba marbuta mal-komunikazzjoni, wara l-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming, li se tkun qed twassal benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi u n-negozji fl-UE kollha.

Marlene Mizzi, li hija l-MPE li nnegozjat iż-żewġ leġiżlazzjonijiet dwar l-abolizzjoni tat-tariffi tar-roaming u l-introduzzjoni ta’ telefonati internazzjonali orħos fl-Ewropa qalet: “Illum huwa jum importanti u rebħa kbira għall-konsumaturi Ewropej, kif ukoll għalija personali, bħala l-MPE Maltija li nnegozjat il-leġiżlazzjonijiet tat-tariffi tar-roaming u tat-telefonati intra-Unjoni.”Aqra aktar

Il-President b’messaġġ favur rispett akbar għall-anzjani

“Għandna nuru rispett ikbar lill-anzjani tagħna – dawk li b’ħidmiethom bnew is-soċjetà tagħna.”
Dan il-messaġġ tal-President George Vella fi żjara flimkien ma’ martu fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun. F’din id-dar il-President u martu ngħataw merħba mill-isbaħ, bil-President jindirizza lil bosta b’isimhom, u oħrajn jirrakkontawlu kif sabu l-appoġġ tieghu bħala politiku, u iktar u iktar bħala tabib.Aqra aktar

L-2018 sena rekord għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-2018 kienet id-disa’ sena konsekuttiva li fiha nkiser ir-rekord ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – meta mill-Ajruport Malti għaddew 6.8 miljun passiġġier.

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ingħad li d-dħul totali tal-ajruport laħħaq it-92.2 miljun.Aqra aktar

FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li l-Prim Ministru qed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli dwar il-frame-up Egrant.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Lulju tas-sena li għaddiet dwar l-inkjesta Egrant, Dr Muscat deher viżibilment emozzjonat huwa u jaqra l-konklużjoniet tal-inkjesta li kollha

Episodju ikrah anki fuq l-pajjiż, minħabba r-riperkussjonijiet li ġabet magħha l-gidba Egrant, li kawża tagħha l-pajjiż kellu jmur għal elezzjoni ġenerali.Aqra aktar

FILMAT: Fi stadju avvanzat ħafna x-xogħol fuq l-iskola Medika Barts f’Għawdex


Daħlu fl-aħħar fażijiet ix-xogħlijiet fuq l-iskola medika ta’ Barts biswit l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Din il-binja ta’ erba’ sulari mgħammra bl-aktar faċilitajiet moderni bdiet tinbena ftit iżjed minn sena ilu b’investiment inizjali ta’ iżjed minn €26 miljun. Din l-iskola se tilqa’ l-ewwel grupp ta’ 60 student f’Settembru li ġej, bit-total eventwali jkun ta’ 300 student.

Aqra aktar

Send this to a friend