Lokali | One News - Part 18

Notifiki

Merħba sabiħa għal Joseph Muscat f’Marsaxlokk

Merħba mill-isbaħ għall-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat max-xatt ta’ Marsaxlokk.

F’laqgħa qasira ma’ dawk li nġabru biex jisimgħu d-diskors tiegħu, il-Prim Ministru

Huwa nnota kif għaddejja l-ħidma biex mill-ġdid Marsaxlokk ikollu berġa tas-saħħa ta’ livell li terġa’ tibda taqdi l-bżonnijiet tar-residenti tal-lokal.Aqra aktar

Il-Valletta Design Cluster jibda jieħu s-sura tiegħu

Il-Valletta Design Cluster qed jieħu l-forma. B’investiment li hu stmat li se jaqbeż id-€9miljun qed tiġi rrestawrata l-biċċerija l-antika fil-Belt, biex fost l-oħrajn isservi ta’ inkubatur għal żgħażagħ li huma ġodda fl-industrija kreattiva, partikolarment fid-disinn – stilisti, periti, graphic designers, u iżjed.Aqra aktar

Titlesta l-ewwel fażi tal-Proġett ta’ Riġenerazzjoni fl-Imqabba li qed isir b’investiment €2 miljun

Illum, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett ta’ riġenerazzjoni fl-Imqabba, fejn b’investiment ta’ aktar minn €2 miljun għaddejja ħidma sabiex tidħol sistema ġdida ta’ culverts li tingħaqad ma’ ġibjun eżistenti flimkien ma’ ġibjun ieħor li se jinbena bħala parti mill-istess proġett, kif ukoll ħidma favur ir-riġenerazzjoni tal-pjazza ta’ dan ir-raħal.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Ninsabu impenjati li naraw titjib fuq kull livell f’pajjiżna. Il-Gvern impenjat li jgħolli l-livell tal-infrastruttura ta’ pajjiżna – infrastruttura tat-toroq, infrastruttura ta’ faċilitajiet u infrastruttura ta’ spazji pubbliċi, fost oħrajn. Għalhekk bi pjaċir qegħdin hawn fuq dan il-proġett infrastrutturali komprensiv, proġett bi pjan maħsub sew, b’viżjoni biex nilħqu numru ta’ objettivi importanti.”
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Michela eċċellenti fl-ewwel prova ġenerali… jerġa’ jseħħ xi tibdil

Prova ġenerali eċċellenti min-naħa ta’ Michela, iż-żeffiena u Destiny Chukunyere li qed takkumpanja lil Michela fil-kant.

F’din l-ewwel prova ġenerali, sigħat qabel it-tieni prova ġenerali tant importanti li fiha tivvota l-ġurija, id-delegazzjoni Maltija marret għall-ideat li dehru fl-ewwel prova tal-ġimgħa l-oħra.

Stajna naraw apparat viżiv fuq il-palk u Michela toħroġ minn struttura li turiha qisha tinsab f’dar.Aqra aktar

Il-MATSEC tinvestiga rapporti ta’ storbju waqt l-eżami tas-SEC tal-Malti

Il-MATSEC qed tinvestiga rapporti ta’ storbju li sar waqt l-eżami tas-SEC tal-Malti. Fi stqarrija l-MATSEC qalet li wara li rċeviet numru ta’ rapporti dwar storbju f’dar privata biswit il-Kumpless Giovanni Curmi waqt li studenti kienu qed jagħmlu t-tieni karta tal-Malti fil-livell SEC, il-MATSEC qed tkompli tindaga fuq il-fatti sabiex jiġi żgurat li l-istudenti li kienu fiċ-Ċentru ma jkunux żvantaġġati.

Aqra aktar

Send this to a friend