Lokali | One News - Part 17

Notifiki

Għaddej ix-xogħol fuq sala ġdida f’Monte Carmeli għal nisa bil-vizzju tad-droga

Jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq sala ġdida fl-Isptar Monte Carmeli għal nisa bil-vizzju tad-droga.

Fid-dawl li din il-problema kulma jmur qed tiżdied, inħass il-bżonn li dawn in-nisa jingħataw l-għajnuna meħtieġa f’ambjent akbar, aktar komdu, imdawwal u bl-għajnuna ta’ professjonisti speċjalizzati u mħarrġa skont l-aktar riċerka riċenti.

Id-Direttur tan-Nursing f’Monte Carmeli, Vicky Sultana, spjegat li l-kobor ta’ din is-sala se jippermetti biex jiżdiedu żewġ sodod għal total ta’ tnax – biex nisa li jkollhom bżonn għajnuna aktar urġenti, jingħataw attenzjoni speċjalizzata.

Spjegat kif “Hawnhekk l-infermiera jħeġġuhom u jagħmlulhom il-kuraġġ biex imorru programmi ta’ rijabilitazzjoni jiġifieri qisha waiting area sakemm jagħmlu l-kuraġġ biex jibdlu r-rotta li kienu qabdu fiha u joħorġu b’saħħithom aktar wara l-programm.” Aqra aktar

Is-siġġu ta’ Stellini joħloq inkwiet ġdid

Fil-Partit Nazzjonalista nibtet ġlieda ġdida. Dik ta’ min se jieħu post is-siġġu tad-deputat Għawdxi David Stellini.

Kollox jindika li wara l-elezzjoni tas-Sibt li ġej David Stellini se jibda jaħseb biex imur lura fi Brussell fejn kien jaħdem sa qabel l-2017.Aqra aktar

“Iġbor dak il-vot u agħti risposta bih” – Josianne Cutajar

Inqas minn ġimgħa mill-vot tal-25 ta’ Mejju, Dr Josianne Cutajar għamlet appell imqanqal lil dawk kollha li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom.

Il-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament f’isem il-Partit Laburista ħeġġet lil min għadu indeċiż jekk jivvutax biex imur jiġbor il-vot, u s-Sibt li ġej jagħti risposta bih.

“Għandna ċ-ċans li niddeċiedu aħna l-futur tagħna, tal-familja tagħna u ta’ pajjiżna. Ma nħallu lil ħadd jagħżel għalina,” qalet Cutajar.Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident fil-Mellieħa

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10:15 fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u nqaleb.

Aqra aktar

FILMAT: Delia u Casa jippolitiċizzaw il-qtil u jiftħu attakk fuq l-istituzzjonijiet

Fl-ewwel okkażjoni li kellu biex jitkellem dwar il-qtil ta’ persuna barranija, il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia warrab il-prudenza u għażel li jipprova jippolitiċizza dan il-każ.

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia pprova jwaħħal fil-Gvern dwar dan il-każ u qal li għandha tittieħed ir-responsabilità. Dan għax iż-żewġ persuni akkużati bil-qtil ta’ Lassana Souleymane huma suldati fl-Armata.Aqra aktar

Send this to a friend