Lokali | One News - Part 14

Notifiki

Aktar xogħol ta’ manutenzjoni fil-kosta Maltija – Kull sena jitwaħħlu iktar minn 340 sellum u iktar minn 1000 kontenitur tal-iskart

Id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ta’ kull sena tara li l-infrastruttura tal-għamara tal-baħar tkun dejjem adekwata u sigura għall-użu tal-pubbliku. Id-diviżjoni ta’ kull sena tieħu l-inizjattiva biex tara kif il-pubbliku jista’ jingħata servizz mill-aqwa u prodott aħjar għalhekk kull sena jitwaħħlu iktar minn 340 sellum, 30 tapit ta’ decking, 8 bridges li jwasslu lill-għawwiema dirett fil-baħar u jitwaħħlu wkoll iktar minn 1000 kontenitur tal-iskart.Aqra aktar

Se tkun tista’ tara aktar minn 24,000 siegħa ta’ filmati storiċi minn postijiet pubbliċi

L-Istazzjon Nazzjonali qiegħed jinvesti €4.8 miljun biex filmati antiki jkunu ppreżervati u jsiru disponibbli għall-pubbliku. Dan il-proġett, li qed jissejjaħ Tisħiħ tal-Esperjenza ta’ Turiżmu Kulturali, permezz tad-Diġitalizzazzjoni, mistenni jitlesta fis-sentejn li ġejjin, u huwa possibbli grazzi għal għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.Aqra aktar

Send this to a friend