Lokali | One News - Part 13

Notifiki

“Aħna nagħżlu lil min iġib lil Malta l-ewwel u qabel kollox, dejjem u kullimkien” – Alex Agius Saliba

Dr Alex Agius Saliba qal li l-għażla għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju hija waħda ċara bejn il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia, bejn Gvern li ħadem bla heda għall-ġid tal-pajjiż – kemm f’Malta u kif ukoll barra – u min għamel ħames snin ixerred il-velenu kontra Malta fl-Istituzzjonijiet Ewropej bl-iskop li Malta titneżża mid-drittijiet li tivvota u li tirċievi fondi Ewropej. Huwa tenna li min jagħmel ħsara lil pajjiżu, ma ħaqqu jirrapreżenta lill-Maltin u lill-Għawdxin imkien.

Fid-diskors imqanqal li wassal ġewwa Ħal Qormi nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat dejjem żamm kelmtu u ħareġ ta’ raġel ma’ kulħadd. Huwa għamel referenza partikolari għall-penzjonanti li bbenefikaw minn żieda fil-pensjonijiet sena wara l-oħra, u għall-istudenti li raw l-istipendji tagħhom jiżdiedu baġit wara l-ieħor, ibbenefikaw minn eżamijiet u trasport b’xejn u ngħataw rigal ta’ ħamest elef ewro meta xtraw l-ewwel proprjeta’ tagħhom. Huwa qal li l-ħaddiema dejjem kienu fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern Laburista u fost ħafna affarijiet tahom lura l-festi pubbliċi li nsterqulhom minn gvernijiet Nazzjonalisti, għolla l-paga minima, ħadem sa’ mill-ewwel ġurnata biex jeqred il-prekarjat u ħadem biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.Aqra aktar

Testijiet li qabel kienu jieħdu x-xhur issa qed idumu ftit sigħat

Grazzi għal investiment kbir li qed isir fil-laboratorji tal-Isptar Mater Dei testijiet li qabel kienu jieħdu xhur biex jinħadmu issa qed jieħdu biss ftit sigħat.

F’konferenza tal-aħbarijiet minn wieħed mill-laboratorji mgħammar bl-aħħar teknoloġija li taħdem bl-intelligenza artifiċjali Dr Chris Barbara li jmexxi dan id-dipartiment spjega kif fejn qabel test tat-tuberkulożi kien jieħu tliet xhur sakemm jiġi kkultivat u ssir dijanjosi issa dan qed jieħu biss siegħa. Testijiet oħra bħal tal-gastroenteritis issa qed jieħu biss sagħtejn meta qabel kien idum tliet ijiem. Aqra aktar

Send this to a friend