Lokali – Page 12 – One News

Notifiki

Stħarriġ TORĊA: Fiduċja fil-PM u l-PL… Muscat fdat id-doppju ta’ Delia

Il-gazzetta t-TORĊA ppubblikat stħarriġ tal-opinjoni pubblika fejn f’ġimgħa pjuttost imqallba fix-xena politika lokali, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiseb id-doppju tal-fiduċja li rċieva l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-Prim Ministru hu fdat mill-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin, b’51.6%, filwaqt li kwart biss tal-Maltin jafdaw lil Adrian Delia.

Aqra aktar

Ara l-wasla ta’ Yorgen Fenech fil-Ħabs ta’ Kordin

In-negozjant Yorgen Fenech ta’ tmienja u tletin sena li joqgħod f’Portomaso f’San Ġiljan inżamm arrestat wara li s-sibt filgħaxija tressaq il-qorti mixli li ppromwova, ikkostitwixxa, organizza jew ħallas għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-sittax ta’ Ottubru ta’ sentejn ilu.

Aqra aktar

Yorgen Fenech jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati

In-negozjant Yorgen Fenech ta’ 38 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih wara li s-Sibt filgħaxija tressaq il-Qorti akkużat b’kumpliċita fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-sittax ta’ Ottubru elfejn u sbatax.

Il-Qorti fetħet b’urġenza, sabiex tressa quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud assistit minn Kurt Zahra.

L-Ispettur Arnaud akkuża lil Fenech li ma’ terzi uża splussiv sabiex joqtol u jqiegħed ħajjet ħaddieħor f’periklu.

Huma ordnaw sabiex jiġu sekwestrati l-assi tiegħu.

B’tonn baxx, huwa wieġeb il-mistoqsijiet tal-Qorti fosthom huwa qal li jaħdem bħala Direttur.

Huwa ġie arrestat għall-ewwel darba fl-għoxrin ta’ Novembru. Matul dawn il-ħdax-il ġurnata. Bl-Ispettur Keith Arnaud ilu sentejn jinvestiga dan l-omicidju bl-għajnuna tal-Europol u l-FBI.

L-Ispettur Arnaud qal li Fenech ġie arrestat fl-għoxrin ta’ Novembru fil-05:45 am. Qal li l-pulizija kienet ilha issewgi l-pass ta’ Fenech, fejn arrestatu meta kien fuq il-jott tiegħu.

Matul dawn il-ħdax-il ġurnata huwa ġie Arrestat ħames darbiet u ingħata l-police bail erba’ darbiet.

Il-Maġistrat Demicoli ordnat sabiex Fenech jinżamm arrestat fil-Faċilità korettiva ta’ Kordin.

Issa fil-jiem li ġejjien ser tkun qiegħda tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda.

Fl-awla numru disgħa kien hemm preżenti l-familja ta’ Caruana Galizia li qegħdin jiġu assistiti mill-avukati u d-deputati nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.

DIRETT: YORGEN FENECH JITRESSAQ IL-QORTI B’RABTA MAL-QTIL TA’ DCG

DIRETT: YORGEN FENECH JITRESSAQ IL-QORTI B’RABTA MAL-QTIL TA’ DCG

Is-Sibt filgħaxija n-negozjant Yorgen Fenech tressaq il-Qorti akkużat bl-omiċidju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fenech tressaq il-Qorti akkumpanjat minn numru kbir ta’ Pulizija mit-taqsima tal-investigazzjonijiet kriminali fejn ftit qabel it-20:00 deher dieħel il-Qorti ġewwa l-vann tal-Pulizija. Hawn taħt tista ssegwi minuta b’minuta ta’ dak li jkun għaddej fl-awla.

20:22- Skortat mill-Pulizija tas-CID, Fenech ġie mmanetjat u mistenni jerġa’ jitniżżel fil-vann tal-Pulizija sabiex minn hemm jittieħed fil-ħabs ta’ Kordin.

20:20- Il-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li għalissa Fenech se jinżamm fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin sakemm il-każ        ikompli jinstema.

20:19- Id-difiża ma talbitx għal ħelsien mill-arrest u qed tirriżerva dan id-dritt għal stadju ulterjuri.

20:18- Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża sabiex jiġu ffriżati l-assi ta’ Fenech.

20:15- Taħt ġurament il-prosekuzzjoni spjegat li fl-20 ta’ Novembru li għadda l-Pulizija arrestat lil Fenech wara li waqqfitu fuq id-dgħajsa tiegħu ftit tal-ħin wara li telqet minn Portomaso. Il-prosekuzzjoni spjegat li dan seħħ wara li f’parti mill-investigazzjoni tagħha l-Pulizija kienet qed issegwi lil Fenech.

20:12- Yorgen Fenech wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

20:10- Keith Arnaud, wieħed mill-prosekuturi tal-każ qara l-akkużi kollha li l-Pulizija qed takkuża lil Fenech bihom.

20:09- Id-difiża ma kkontestatx l-arrest ta’ Yorgen Fenech.

20:07- Id-difiża mmexxija mill-Avukati Marion Camilleri, mill-uffiċċju ta’ Franco Debono, u l-Avukat Gianluca Caruana Curran.

DIRETT: Yorgen Fenech mistenni jasal il-Qorti issa

19:55: segwi b’mod dirett il-wasla ta’ Yorgen Fenech fil-Qorti.

19:46: Kollegament dirett mill-Qorti ftit mumenti qabel ma jitressaq il-Qorti Yorgen Fenech.

19:44: Diversi ġurnalisti kemm lokali kif ukoll internazzjonali nġabru wkoll ħdejn il-Qorti jistennew il-wasla ta’ Yorgen Fenech biex jitressaq għall-ewwel darba l-Qorti.

19:30: Fil-ħin li ġej in-negozjant Yorgen Fenech mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fil-Belt Valletta ħdejn fil-ġenb tal-Qorti wieħed bħalissa jista’ jinnota diversi pulizija għassa mit-triq.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Dirett mill-Qorti: Nicole Buttigieg/Kyle Mifsud

 

Yorgen Fenech mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej

In-negozjant Yorgen Fenech mistenni jistressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli illejla għall-ħabta tat-20:00 b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru 2017.

Fenech ġie arrestat fil-marina ta’ Portomaso fl-20 ta’ Novembru li għadda, meta allegatament kien ser iħalli l-pajjiż.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

 

 

It-30 sekonda li rahom eternità

Dik l-art kalma li kien tagħtihom xi ftit tama minkejja l-faqar li kienu jgħixu fih inbidlet f’waħda mimlija inġenji, għajjat u nies iterrqu min-naħa għall-oħra, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu.

Din hija l-belt ta’ Durres, ftit passi ‘l bogħod mill-kapitali Albaniża ta’ Tirana.

Aqra aktar

Send this to a friend