Lokali – Page 11 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Folla tinġabar b’mod spontanju quddiem iċ-ĊNL biex tagħti appoġġ lil Joseph Muscat

Folla numeruża nġabret b’mod spontanju quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex tagħti s-sapport tagħha lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan wara li fl-indirizz tiegħu lin-Nazzjon il-Ħadd filgħaxija ħabbar li ser jibda l-proċess biex il-Partit  Laburista jkollu mexxej ġdida f’Jannar li ġej imbagħad eventwalment isir Prim Ministru ta’ Malta.


Aktar minn €30,000 kkonfiskati mill-ajruport

Id-Dwana Maltija kkonfiskat iktar minn tletin elf ewro mhux iddikjarati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana spjega li l-uffiċjali tagħha mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus sabet il-flus kontanti fuq passiġġier qabel ma’ dan qabad titjira lejn Istanbul minn Malta l-Ħadd filgħaxija. Huwa kellu b’kollox tletin elf, seba’ mija wieħed u sittin ewro.

Aqra aktar

€56,000 biex joffru kenn għal annimali abbandunati

Diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali ngħataw donazzjoni bejniethom ta’ €56,000 biex ikompli jtejbu s-servizzi offruti lill-animali abbandunati/

F’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Animali Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ingħad li l-iskema tgħin lis-santwarji f’pajjiżna jagħtu dar lil annimali li jiġu abbandunati fit-toroq.

Aqra aktar

Aktar regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

It-Tnejn filgħodu ttellgħet l-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar is-servizz ta’ kwalità li jingħata fis-settur soċjali. Kien il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon li fetaħ din il-konferenza, u stqarr li jinsab ferm kuntent bil-ħidma li qed twettaq l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali.

Aqra aktar

Yorgen Fenech iwaqqa’ l-każ li fetaħ kontra l-Ispettur Keith Arnaud

In-negozjant Yorgen Fenech ta’ 38 sena, li qed jinżamm arrestat fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin, waqqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti li fetaħ kontra l-Kap tal-iskwadra tal-omiċidji Keith Arnaud.

Nhar il-Ġimgħa huwa mar il-Qorti u tkellem mal-ġurnalisti, fejn ilmenta biex l-Ispettur Arnaud jitneħħa mill-każ u ma jkompliex jinvestigah. Dan anki jekk kien ilu għaxart ijiem jinterroga lil Fenech.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi qtil ta’ żagħżugħ fil-Marsa

Kinaan Abdinasir, Somalu ta’ 23 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li qatel b’daqqiet ta’ mqass lill-Eretrian ta’ 25 sena tard il-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, is-Somalu wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Is-Somalu  ġie mixli wkoll li fil-pusses tiegħu kellu arma mingħajr liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Id-difiża tmexxiet mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Noel Bartolo filwaqt li l-Ispetturi James Grech u Wayne Camilleri mexxew il-prosekuzzjoni.

 

Il-Pulizija ssolvi l-qtil li seħħ il-Ġimgħa fil-Marsa

Persuni b’diżabilità bl-irwol li jżejnu l-Ministeru għal Għawdex

Għal sena oħra l-klijenti ta’ Dar Santa Marta f’Għawdex li tilqa’ fiha diversi perusni b’diżabilità, ħadu fidejjhom l-irwol li jżejnu l-binja tal-Ministeru għal Għawdex għall-festi tal-Milied.

Il-Ministru Justyne Caruana saħqet kif wieħed mhux biss għandu jemmen bis-sħiħ fil-persuni b’diżabilità iżda wkoll għandu jemmen u jappoġja l-ħiliet u talenti tagħhom, għax dawn ħafna wkoll x’joffru lis-soċjetà.

Send this to a friend