Lokali – Page 10 – One News

Notifiki

Harry Vassallo jinħatar Chairperson tal-Kummissjoni Gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri

Dr Harry Vassallo għadu kif ġie appuntat bħala Chairperson tal-Kummissjoni Gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri mill-Prim Ministru wara li kien irrakkomandat lilu mill-Ministru Josè Herrera. Dan skont l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.

L-Avukat Vassallo li għandu 64 sena riċentament serba bħala Membru tal-Kabinett fl-uffiċċju tal-Kummissarju Malti għall-Unjoni Ewropea. Huwa mexxa wkoll id-Dipartiment Legali tar-Rappreżentanza Permamenti l-Unjoni Ewropea waqt il-Presidenza Maltija fl-2017.

Vassallo huwa wkoll fundatur tal-Partit tal-Alternattiva Demokratika, li tagħha kien ukoll Chairman sal-2008. Huwa wkoll ambjentalist rinomat.

L-ekonomija Maltija kibret b’€181 miljun fit-tielet kwart tas-sena

Ċifri proviżjorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-NSO juru li bejn Lulju u Settembru li għadda, l-ekonomija Maltija kibret bi tlieta punt erba’ fil-mija f’termini reali.

L-NSO żied jgħid li fit-tielet kwart ta’ din is-sena, il-Prodott Domestiku Gross żdied b’aktar minn €181 miljun. Dan ifisser li f’dan il-perjodu l-ekonomija Maltija ġġenerat ftit aktar minn tlett elef, erba’ mija u erba’ u ħamsin miljun ewro.Aqra aktar

48 organizzazzjoni volontarja bbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-Gvern

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali organizza konferenza li għaliha attendew dawk l-għaqdiet kollha volontarji li jibbenefikaw minn ftehimiet soċjali mal-istess Ministeru.

B’kollox hemm 48 organizzazzjoni volontarja li jibbenefikaw minn dawn il-ftehimiet soċjali, bil-għan li jkollhom il-mezzi neċessarji sabiex jagħtu l-aqwa servizz lill-klijenti tagħhom. Dawn l-għaqdiet jgħinu nies vulnerabbli, ewlenija fosthom vittmi ta’ vjolenza domestika, abbuż ta’ droga, u tfal taħt ordni ta’ ħarsien soċjali fost oħrajn.Aqra aktar

ARA: Tfal b’purċissjoni għal San Nikola fis-Siġġiewi

Is-6 ta’ Diċembru – Jum San Nikola, jew kif ħafna jafuh- Santa Klaws. San Nikola sar magħruf ukoll bħala Missier il-Milied hekk kif tul ħajtu qassam ir-rigali bil-moħbi matul il-lejl. Fosthom lil tliet tfajliet fqar li minflok ħalliehom jitlajjaw, tahom borża bil-flus biex setgħu jiżżewġu.

Lebsien ta’ abbatini, qassasin, tal-Granmastru Hompesch u ta’ San Nikola, it-tfal mill-iskola primarja tas-Siġġiewi ħarġu proċessjonalment bi statwa ċkejkna bil-patrun tas-Siġġiewi, San Nikola.Aqra aktar

BIL-FILMAT: It-tfajla li trabbiet qalb il-karozzi u li qed tgħaddi żiffa fid-Drag Racing

Semira Galea, tfajla ta’ 17-il sena li trabbiet qalb il-karozzi qed tagħmel suċċess kbir fl-isport tad-Drag Racing.

F’intervista mxandra fuq il-programm ONE Breakfast, Semira tkellmet dwar kif bosta kienu jarawh ġenn li hi tifla imma ffissata fuq il-karozzi.

Spjegat kif tiddarras meta tqis il-veloċità qawwija li tkun għaddejja biha iżda imbagħad malajr tinsa dan.

Tisħaq li hi qed tistudja suġġetti li jistgħu jwassluha biex tilħaq inġiniera u tibqa’ taħdem fuq il-linja tal-karozzi.

Segwi l-intervista sħiħa hawn:

Persuni b’diżabilità se jkunu protagonisti anke fl-attivitajiet tal-Milied f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilita huma pilastri importanti biex tassew ikollna drittijiet għall-persuni b’diżabilità. Fi stqarrija kien spjegat li għal din is-sena, il-Ministeru jrid jgħaddi messaġġ b’saħħtu u jrid li l-persuni b’diżabilità jkunu protagonisti. Hekk kif qed joqorbu l-festi tal-Milied ħassejna li għandna nagħtu spazju lill-ħiliet u talenti fl-isfond tal-promozzjoni u tisħiħ tad-drittijiet. Għalhekk din is-sena t-tiżjin tal-Ministeru għal Għawdex sar mill-klijenti taċ-Ċentru Santa Marta kif ukoll ir-rigali li ser jingħataw lit-tfal tal-iskola mill-Ministru għal Għwdex ukoll saru minnhom.

Għaċ-ċerimonja li tat bidu għall-Milied f’Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex stieden artista b’diżabilità ta’ fama internazzjonali Alfina Frasta. Alfina hija kantanta lirika b’vuċi li saħħret miljuni ta’ nies u hekk ukoll, saħħret lill pubbliku Għawdxi. Flimkien ma’ Alfina wkoll kien hemm l-orkestra Allegro Moderato li wkoll hija komposta minn mużiċisti b’diżabilità.Aqra aktar

Il-Pulizija qed tkellem aktar nies dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia

Il-Pulizija kkonfermat li qiegħda tkellem aktar persuni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li għalkemm diġà tressqu l-Qorti erba’ persuni fosthom is-suspettat mandant b’rabta mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin b’mod intensiv.

Qalet li dawn l-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Iskwadra tal-Omiċidji, l-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Ekonomiċi u bil-kollaborazzjoni attivita tal-Europol. Spjegat li l-investigazzjonijiet kollha qegħdin isiru taħt il-kapp tal-Inkjesta MaġisterjaliAqra aktar

AĠĠORNAT: Tibda tinstema’ x-xhieda fl-inkjesta pubblika dwar Caruana Galizia

F’awla numru għoxrin bdew jinstemgħu x-xhieda fl-inkjesta pubblika dwar l-omċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan wara li kien intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, dwar il-kompożizzjoni tal-Bord tal-Inkjesta Pubblika Indipendenti, ppreseduta miċ-Chairman tal-bord, l-Imħallef Emeritu Michael Mallia, il-Prim Imħallef emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

L-ewwel xhud kien Matthew Caruana Galizia, t-tifel ta’ Caruana Galizia.Aqra aktar

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Bidwi jiddaħħal l-isptar wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart

Bidwi ta’ 72 sena mill-Imqabba kellu jiddaħħal l-isptar b’urġenza wara li weġġa’ b’mutur tal-ħart waqt li kien fil-għalqa tiegħu f’Ħal-Farruġ. Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei immexxi mit-tabib tal-emerġenza Dr Michael Spiteri li taw l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Send this to a friend