Kultura – Page 60 – One News

Notifiki

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija toħroġ rebbieħa

Il-ħmistax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar intemmet b’mod spettakolari l-bieraħ filgħaxija, bil-Port il-Kbir fl-isfond.
L-Għaqda tan-Nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq ħarġet rebbieħa din is-sena. Għaqda li ilha mwaqqfa snin twal, tant li hu maħsub li twieldet xi snin wara li ġie mwaqqaf il-każin fl-1873.
Fit-tieni post ġiet l-Għaqda tan-Nar 23 t’April ta’ Ħal Qormi, li din is-sena qed tiċċelebra id-disgħin sena mit-twaqqif tagħha.
Warajhom ġew kompetituri Daniżi bl-isem Hojen and Magic Fyrvaerkeri Aps.
Fi stqarrija l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal huwa impressjonat ħafna bl-istandard tal-festival, li jsir ukoll bħala parti mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u jgħin biex iġib turisti f’pajjiżna f’xhur li mhumiex l-eqqel tas-Sajf.
Fil-festival jipparteċipaw għaqdiet Maltin, Għawdxin u barranin. Infatti l-ispettaklu fil-Port il-Kbir kien organizzat mill-grupp Taljan Pyroemotions u r-rebbieħa tas-sena li għaddiet, l-Għaqda tan-Nar Lourdes tal-Qrendi.

Ritratt ta’ Jeremy Wonnacott – DOI

It-tieni La Vallette Open Dance Festival

Il-Malta National Dance Council bħalissa qed ittella’ t-tieni La Valletta Open Dance Festival, fil-padiljun tal-isport f’Tal-Qroqq.

Din hija kompetizzjoni ta’ żfin ta’ kull livell. Minbarra l-konkorrenti Maltin, hemm ukoll tliet skejjel Taljani li qed jikkompetu.

Aqra aktar

Il-Ħalliel tal-Mejtin

Ktieb bin-novelli u l-biografija ta’ Nikol Biancardi, wieħed mill-pijunieri tal-Partit Laburista ġie ippreżentat lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. 
Il-ktieb Il-Ħalliel tal-Mejtin ġie ippreżentat minn Donna Lynn Calleja li ġabret in-novelli kollha ta’ Biancardi u kitbet il-bijografija tiegħu.

Aqra aktar

Aġġornata: meta mietu 28 Malti f’jum wieħed: iż-Żwieten jiftakru

Nhar is-Sibt, tnejn ta’ Mejju, 1942,  żewġ ajruplani tat-tip Junker JU88  resqu lejn Malta, u għall-ħabta tal-10:45 a.m. tefgħu tmien bombi viċin il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun u fuq diversi djar li kien hemm fi triq li tagħti għal Ħal Tarxien. Ħafna mill-bombi ma ħadux mal-impatt, li dan wassal għal traġedja akbar.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun illum qed jorganizza kommemorazzjoni ta’ din it-traġedja.

Aqra aktar

‘Violet’ ta’ Strada Stretta

Min hi Violet tas-serje televiżiva Strada Stretta?

Fil-verita’, jisimha Lorianne D’Ugo. Għandha 34 sena, miżżewġa u taħdem full time bħala maniġer ta’ ditta tal-ġojjellerija ma kumpanija privata. Sa min eta’ żgħira kienet tħobb tirreċta l-iskola iżda waqfet kif ħarget mis-sekondarja minħabba impenji personali. Kien biss tlett snin ilu li ħabib tagħha ħajjarha verament sabiex tidħol fid-drama u tagħmel dak li vera tħobb.

Aqra aktar

Unur ieħor għal Joseph Calleja

Unur ieħor għat-tenur Malti Joseph Calleja, din id-darba fl-Opera News Awards fi New York.  F’din il-ħdax-il edizzjoni tal-għoti ta’ dawn l-unuri, Calleja ingħata l-premju minn ħadd ħlief il-leġġenda tal-Opra, Placido Domingo. Bħalissa nzerta qed jieħu sehem fi produzzjoni mat-tenur Malti.

Aqra aktar

Minn pajjiżna għal Miami

Din hija d-diska Can You Hear Me, nominata għall-aqwa diska techno fl-International Dance Music Awards f’Miami. Diska li ġġorr isem pajjiżna, għaliex ir-record label tagħha hija Maltija, u jisimha Alleanza.

Aqra aktar

Send this to a friend