Kultura | One News - Part 6

Notifiki

INITIUM – IL-BIDU. Fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien.

Reġa wasal iż-żmien tant mistenni mill-membri tat-Tarxien Pageant Group li ta kull sena għal dawn l-aħħar 26 sena, kienu attivi bid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira. Din is-sena, b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, se jkunu qegħdin itellgħu dramm ieħor fil-Pjazza ta’ Ħal Tarxien nhar is-16 u s-17 t’April fit-7:45p.m bl-isem ta’ Initium, il-Bidu.

Fuq kitba ta’ Andreas Grech u Daniel Pace, se mmorru lura elfejn sena u se nesperjenzaw il-ħajja u l-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Initium, se jkun qiegħed iressaqna viċin tal-Persuna li kienet ġiet biex tħabbar u twassal il-messaġġ tal-wasla tal-Messija fostna, Ġwanni il-Battista. Naraw il-miġja tat-tnejn li huma li waslitom għal tbatijiet kbar, tbatijiet li wasslu għas-salvazzjoni tal-bniedem. Se ngħixu wkoll il-konflitt li kien hemm bejn Erodi u Martu kontra Ġwanni l-Battista. Sakemm finalment naslu għall-Passjoni tal-imgħallem. Passjoni mwassla b’tant devozzjoni mill-atturi, li tfakkarna fit-tbatijiet tal-Messija u ta’ dawk l-aktar qrib tiegħu.

Maqsum fuq żewġt Atti, dan id-dramm tal-passjoni huwa tradizzjonali u jżomm ħafna mal-użanzi li kienu jintużaw f’dawk iż-żmienijiet. Biex jiddekora dan kollu, l-organiżżaturi, bl-għajnuna ħabbrika tal-membri voluntiera, jtellgħu stejġ imdaqqas sew li jieħu l-Pjazza kollha minn naħa s’oħra. Stejġ li qiegħed mibni biex idaħħal l-udjenza aktar fl-atmosfera ta’ dawn iż-żmienijiet ta’ preparazzjoni għall-akbar ġrajja li qatt seħħet.

Din is-sena, se jkunu qegħdin jiġu mżanżna Vestwarju ġdid. Bħal kull sena, għal dawn l-aħħar snin, erġajna nvestejna biex, bi studju u reqqa kbira, niżviluppaw il-Vestwarju u nagħmluh awtentitku mal-ilbies ta’ dak iż-żmien.

Kull sena dan il-grupp jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet lill-udjneza. Saru żviluppi li se tgawdu minnhom intom l-udjenza fejn fl-arena se jkun hemm użu ta’ aktar ‘heaters’ li jilqgħu xi ftit mis-sirda peress li dan id-dramm jsir fuq barra. Li intom tkunu komdi waqt li tkunu qegħdin taraw id-dramm hija prijorita’ għalina.

Għall-€6 se tkunu qegħdin tesprejenzaw dan id-dramm mtellgħa ‘Live’ u b’aktar minn 100 attur kollha ħerqana biex iwasslulkom dan il-messaġġ tant speċjali. Apparti l-atturi hemm aktar minn 30 persuna wara l-kwienti li jaraw li kollox imur sew u kif mistenni. Għal aktar informazzjoni fuq dan id-dramm, Initium, jew biex tużaw l-‘Online Booking’ u tirriservaw postkom, tistgħu żżuru il-paġna uffiċjali ta’ Facebook taħt l-isem Tarxien Pageant Group jew tistgħu ċċemplulna fuq 79998206. fuq 79998206.

L-Aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Kristu- Kunċert mużikali

Il-Fondazzjoni Santa Ċeċilja (Għawdex) se tagħmel il-Kunċert annwali tagħha tal-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħadd, 7 ta’ April 2019, fil-Knisja tal-Madonna ta’ Pompei, Victoria, Għawdex. Is-Santa Ċeċilja String Quartet se jippreżenta l-Aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Kristu, ta’ Joseph Hayden.

Hayden kien ikkommissjonat dan ix-xogħol orkestrali fl-1786 għas-servizz reliġjuż tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Oratorio de la Santa Cueva, knisja taħt l-art f’Kadiz, fi Spanja u sena wara l-kompożitur addatta dawn is-sonatas għal string quartet.

Il-preżentazzjoni ta’ dan ix-xogħol ta’ Joseph Hayden hija première għal Għawdex.

F’Malta…se tkun fostna l-vuċi ta’ Freddie Mercury

 L-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika bħal ta’ Freddie Mercury se jkun fostna f’Malta! Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Marc Martel, kantant li qed jieħu fama internazzjonali b’ritmu mgħaġġel, se jkun qiegħed jagħti kunċert tal-aqwa siltiet tal-grupp mużikali QUEEN fit-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort. Bla dubju li Martel, permezz tal-vuċi tiegħu se jsaħħar lil dawk preżenti bis-siltiet mużikali bħal ‘We Will Rock You’, l-ikonika ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Somebody to love’ u finalment ‘We Are the Champions’.

Għal darb’ oħra dan il-kunċert se jsir fil-Marina tal-Belt Vittoriosa għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant’Anġlu. Dan ser isir b’risq il-fondazzjoni filantropika, The Marigold Foundation.

Il-kantant Marc Martel li għad għandu biss 42 sena, beda l-karriera tiegħu minn sempliċiment ‘band’ reliġjuża taħt l-isem ‘Downhere’ fil-Kanada. Martel jinsab fuq quddiem nett bħala s-sostitut ideali ta’ Freddie Mercury fil-grupp mużikali QUEEN. L-artist innifsu iżda jistqarr li din ma kinetx il-ħajja li qatt ħaseb li se jkollu, b’ħafna folol u sostenituri tiegħu madwar id-dinja kollha, u dan wara li deher fil-programm famuż ‘Americon Idol’.

Aktar minn hekk, Roger Taylor, id-drummer uffiċjali tal-QUEEN jitkellem fuq Martel u jgħid “that voice… you listen, close your eyes and you think it’s Freddie”, daqslikieku Freddie Mercury jinsab preżenti jkanta fostna ! F’Awwissu tal-2017, Martel, nistgħu ngħidu li rnexxielu jnissel demgħa lill-kantanta Celin Dion, permezz tal-interpretazzjoni perfetta tiegħu tas-silta ‘Somebody to Love’. Il-filmat fuq Youtube rawh iktar minn sitt miljun ruħ!

Titlifx ħin! Idħol issa ixtri l-biljetti tiegħek minn fuq www.showshappening.com/rtf/marcmartel sabiex nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, inti wkoll tkun preżenti għat-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort bil-mistieden ewlieni, Marc Martel.

Dan il-kunċert qed jiġi ppreżentat lilkom grazzi għal:

Festivals Malta | Malta Tourism Authority | Grand Harbour Marina | Kind’s Auto Sales Ltd | JAC Steel Ltd | 50th Boutique Hotel | Coca Cola | MIB Insurance Agency | Oxford House | LIDL | Valletta Waterfront | Cisk Lager | Multigas | Goodfellas Pizza | Vodafone Malta | Green Isle Foods

Dramm fuq il-passjoni ta’ Ġesù Kristu fiż-Żejtun

Hekk kif ninsabu fiż-żminijiet tar-Randan, għal sen’oħra l-Għaqda Banda Żejtun qed taħdem fuq bosta attivitajiet marbuta ma’ dan iż-żmien, inkluż ir-rappreżentazzjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, b’differenza mis-snin imgħoddija, minflok rappreżentazzjonijiet qosra matul il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira filgħodu, b’kollaborazzjoni ma’ Carpe Diem Productions, magħrufa sew għall-produzzjonijiet teatrali, kif ukoll għad-dramm li sar għall-ewwel darba f’pajjiżna madwar il-belt l-antika ta’ Malta, l-Imdina; u r-riflessjonijiet drammatizzati fil-mogħdijiet tas-Salib tal-Għolja, għaddejin il-preparamenti għall-proġett li kien ilu fl-imħuħ, u grazzi għall-għajnuna ta’ ħafna, din is-sena se jsir realtà. Dak li jittella’ dramm tal-passjoni fuq barra, fil-lokalita’ li hija sew magħrufa għall-kult u t-tradizzjonijiet marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.

Aqra aktar

Il-Banda Ċittadina Leone A.D. 1863 tniedi antaloġija ta’ marċi funebri tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, is-Soċjetà nediet sett ta’ marċi funebri fuq CD għas-sena 2019 -“Tgħanniqa”. Din it-tnedija, li saret bl-isfond tal-arkivji rikki tal-Banda Leone, tikkonsisti f’antaloġija ta’ marċi funebri komposizzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard.

Attard, surmast rinomat fix-xena kulturali ta’ pajjiżna, ilu surmast direttur tal-Banda Leone mill-1991. L-antaloġija hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li kien surmast u li jinstabu biss fl-arkivji tal-Banda Leone, b’dediki lil persuni importanti għas-Soċjetà li ħallew id-dinja tul dan l-istess żmien. Ic-CD jinstab għall-bejgħ mill-Każin tal-Banda Leone,
Flimkien mat-tnedija tal-antaloġija, tħabbru wkoll inizzjattivi oħrajn mill-Banda Ċittadina Leone. Wara li ftit jiem qabel tħabbar li l-Banda Leone kienet l-ewwel banda f’Malta fuq il-pjattaforma digitali Spotify, tħabbar f’din it-tnedija li hija wkoll l-ewwel fuq Apple Music.
Din il-kumpilazzjoni tista titgawda f’kunċert fil-Katidral t’Għawdex – ‘Tgħanniqa’ , nhar Ħadd il-Palm, 14 t’April 2019, 8pm. Dħul huwa b’xejn iżda wieħed jista jirriserva post fuq [email protected] jew b’sms fuq 99130694.

Sitt kantanti b’unuri kbar għal Malta fil-Polonja

Sitt kantanti ta’ età żgħira, li ħadu sehem f’kompetizzjoni fil-Polonja, għamlu unuri kbar lil Malta, dan hekk kif ġew fl-ewwel post d’diversi kompetizzjonijiet.

Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud u Krysle Muscat, huma l-kantanti li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Aqra aktar

Imħabbet ir-Raħal – Wirja artistika mill-artist Charlon Bonello

L-artist Charlon Bonello qed itella’ wirja li tikonsisti f’pitturi relatati mal-Madonna speċjalment il-Lunzjata li turi l-misteru tat-Tħabbira tal-Mulej.
F’ din il-wirja hemm ukoll esebit bust tal-Lunzjata li ħadem Bonello stess, inkwadru ġdid u xogħol li jinsab fi djar privati kif ukoll pavaljuni li jintramaw fil-festa.
Il-wirja qed issir fil-kappella ta’ Santa Marija tar-Rokna f’Ħal Tarxien bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali ta’ Ħal Tarxien.

Send this to a friend