Kultura | One News - Part 55

Notifiki

‘Xemx’ f’Ħal Qormi

Wieħed mill-aqwa vuċijiet f’pajjiżna, Ivan Grech mill-grupp Winter Moods, se jkun qed jingħaqad mal-ħoss tradizzjonali tal-banda f’kunċert vokali u strumentali li se jsir nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016, mtella mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ingħataw aktar dettalji dwar il-programm, il-President tal-Għaqda Charles Micallef semma kif dan il-kuncert se jkun qed jgħaqqad l-element bandistiku ma’ dak ta’ muzika moderna. Hu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li bl-appoġġ tiegħu, il-kantant Ivan Grech se jkun qed ikanta tlett siltiet mużikali tal-Winter Moods kif ukoll is-silta ‘Xemx’ ta’ The Tramps.

Aqra aktar

“Il-Martri ta’ Kristu”

Ninsabu fis-sena 2016 imma għal nhar L-Erbgħa 6 ta’ Lulju, d-Drama Pageant Group Qormi San Sebastjan se joħodna lura għas-sena 255, wara Kristu. Permezz tal-produzzjoni ‘Il-Martri ta’ Kristu’ se nduru mal-ħajja tal-Qaddis San Sebastjan u l-Imperu Ruman.

Bi spettaklu ta’ drama, żfin, logħob bin-nar u aktar, l-atturi se jofrulna sagħtejn mill-isbaħ b’ ħidma professjonali. Bl-għan aħħari jkun li apparti l-istorja milquma bi kliem meqjus u kollu minsuġ bl-aktar reqqa, joħroġ il-kobor tal-fidi li kellu dan il-qaddis kbir fl-istorja tal-knisja ta’ Kristu.

Aqra aktar

Arti ta’ kull tip u għal kull eta’

L-Art Club 2000 bħalissa qed jorganizza eżibizzjoni fil-Kunsill Lokali tal-Imdina, li se tibqa’ miftħa sa nhar it-30 ta’ Ġunju.

L-Art Club twaqqaf fl-1999 fil-Mellieħa minn numru t’artisti Maltin bil-għan li jippromwovu t-talent lokali u jrawwmu sens t’apprezzament lejn l-arti fost nies ta’ etajiet differenti. Tul is-snin, l-Art Club stabilixxa ruħu sew u beda joffru korsijiet varji fl-arti, l-iskultura, iċ-ċeramika, ganutell, arti 3D, ħġieġ, parċmina u bizzilla fost oħrajn. 

Aqra aktar

NAPULE: Festa ta’ mużika u ikel Taljan u Naplitan

Napule ser terġa tittella’ għat-tieni sena konsekuttiva wara s-suċċess kbir tal-ewwel edizzjoni li matulu attendew eluf ta’ Maltin fir-Rabat.

Din is-sena wkoll ser ikun hemm festa ta’ mużika Taljana u Naplitana madwar it-toroq prinċipali Rabtin. Mużika kollha live permezz ta’ Spiteri Lucas Entertainment u Paul Abela Band flimkien ma numru kbir ta’ kantanti magħrufa bħal Debbie Scerri, Ludwig Galea, Neville Refalo, Georgina, Roger Tirazona, Aldo Busuttil u Olivia Lewis.

Aqra aktar

Calleja, Venditti u Vega il-Furjana

Minn mużika klassika għal dik kontemporanja. Din hija t-tiżwiqa li wieħed jista’ jgawdi minnha jekk jattendi l-kunċert tat-tenur Joseph Calleja ta’ din is-sena. Se jkunu Antonello Venditti u Suzanne Vega, ż-żewġ kantanti barranin li din is-sena ser jakkumpanjaw lil Joseph Calleja fil-kunċert annwali tas-Sajf li ġej. Kunċert li se jsir fit-tmienja u għoxrin ta’ Lulju fuq il-fossos tal-Furjana.

Aqra aktar

Jumejn ta’ Bonsai fil-Furjana

‘Bonsai’ bil-Ġappuniż tfisser ‘pjanti ġo platt ċatt’ – u hekk huma litteralment.

L-għan oriġinali ta’ dawn il-pjanti minuskoli kien li jġiegħlu lil min iħares lejhom jirrifletti, u lil min ikabbarhom jagħmel sforz pożittiv. Il-Bonsai jissimbolizzaw eżerċizzju ta’ paċenzja u formazzjoni.

Eżerċizzju li wieħed jista’ jarah fil-Furjana, hekk kif il-Bonsai Culture Group qed jorganizza wirja illum u għada.

Aqra aktar

Sejba ta’ saba’ partikolari fil-Mellieħa

Ir-restawr tal-pittura fuq il-ħajt ta’ Sidtna Marija fis-Santwarju tal-Mellieħa wasal biex jitlesta. Il-pittura tal-Madonna u t-Tarbija ġiet skoperta fl-1972 mir-restawratur Samuel Bugeja taħt pittura oħra.

Il-proġett kofinanzjat mill-Bank of Valletta, beda f’Novembru 2012 u sar f’kollaborazzjoni maċ-ċentru nazzjonali tar-riċerka ta’ Firenze.

Aqra aktar

Appuntament sportiv f’Ħal Qormi

Il-Qormi Athletic Club ser jorganizza l-għoxrin edizzjoni tat-10K Qormi Road Race, 2K Fun Run u ser issir ukoll 10K Walk, nhar it-Tlieta, 7 ta’ Ġunju 2016.

Din it-tellieqa ser issir taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi.

Aqra aktar

Jitnieda ‘Daqqa t’id’ – proġett artistiku u teknoloġiku

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju 2016, fil-Kulleġġ Savio, tnieda ‘daqqa t’id’, il-proġett Kreattiv iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Dan il-proġett ġab flimkien il-qasam artistiku u dak teknoloġiku. L-istudenti ta’ Savio College irċevew taħriġ speċifiku minn artisti bħal Angele Galea, Joseph Zammit u Malcolm Galea, biex eventwalment waslu għal Short film. Waqt li xi studenti ffukaw fuq il-kitba tal-iscript, oħrajn ħadmu fuq il-produzzjoni u d-direzzjoni tal-film. Il-film laqqa’ flimkien studenti- atturi flimkien ma’ atturi stabbiliti bħal Joe Quattromani u David Chircop.

Aqra aktar

Send this to a friend