Kultura – Page 53 – One News

Notifiki

B’sogħba kbira

Wara s-suċċessi ta’ Tikber u tinsa u B’tal-linja jaqbillek żgur, Simon Bartolo jirritorna bix-xogħol il-ġdid tiegħu … B’sogħba kbira!
Aqra aktar

Ikla tajba f’Għid tal-Erwieħ

Heritage Malta se tfakkar tradizzjonijiet popolari tal-mewt tal-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt permezz tal-Għid tal-Erwieħ. Din l-attività tinkludi ikla tradizzjonali u tematika fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Fl-isfond ta’ rappreżentazzjoni teatrali tal-biki tan-newwieħa l-ikla hija tradizzjonalment magħrufa bħala dik tal-ħanżira tal-erwieħ. Isimha oriġina minn drawwa lokali f’din l-okkażjoni fejn il-Maltin kienu jħallu ħanżir jiġri fit-toroq b’qanpiena mdendla ma’ għonqu u wara li jismen jinqatel u jissajjar u jitqassam lill-fqar.

Il-majjal il-forn huwa l-platt ewlieni ta’ din l-ikla tematika li se jissajjar fl-attivitá li se ssir fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Ġeneralment l-ikla tibda bil-maħluta li hija xarba li tissimbolizza t-taħlit ta’ ħlewwa u qrusa fil-ħajja tagħna. Se jkun hemm ukoll ħobż mixwi bit-tewm u tursin magħruf bħala l-ftieti tal-għaża, il-kawlata kif ukoll il-ħelu sinonimu ma’ din l-okkażjoni magħruf bħala l-għadam tal-mejtin.

Aqra aktar

Kif issolvi problema b’mod kreattiv? Bl-arti!

Għal ħames sena konsekuttiva ttellgħet l-edizzjoni ta’ Divergent Thinkers, esebizzjoni li fiha żgħażagħ juru kif tista tissolva problema b’mod kreattiv.

Ir-rebbieħ ta’ din is-sena se jkun qed jingħata l-opportunità li jesponi t-talenti tiegħu f’residenza tal-arti fil-Ġappun.

Segwi aktar f’dan il-filmat.

Aqra aktar

Sabiex qatt ma ninsew

Let us Not Forget (L.U.N.F) huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea mmexxi mil-lokalità tal-Isla bis-sehem ta’ pajjiżi oħra Ewropej sabiex jiftakru t-traġedji li seħħew matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Minn Malta, mal-lokalità tal-Isla, qed jieħdu sehem il-lokalitajiet tal-Birgu, l-Imtarfa u Bormla, ilkoll rappreżentati mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Kif jimplika l-isem u permezz tal-arti viżiva, il-proġett qed ifakkar it-tbatija tal-popolazzjonijiet tal-pajjiżi involuti fl-istess proġett, it-traġedji umani, il-ġuħ u d-deportazzjonijiet tal-massa, il-massakri u l-qtil tal-innoċenti. L-għan ta’ dal-proġett huwa li ngħaddu dak li nafu dwar dawn l-esperjenzi lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna sabiex dak li seħħ fl-istorja ma jintesa qatt.

Aqra aktar

Ara l-mara rieqda b’xejn, u aktar!

Waqt Science in the City, Heritage Malta se terġa’ tiftaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u d-dħul se jkun b’xejn.

Science in the City se ssir fit-20 ta’ Settembru u l-Mużew se jiftaħ b’xejn bejn is-19.00 u l-23.00. Se jsiru wkoll numru ta’ attivitajiet:

Aqra aktar

Spettaklu dwar il-Perit Mintoff

Għall-ewwel darba, il-bijografija ta’ missier Malta ħielsa se tkun trattata permezz ta’ spettaklu oriġinali bil-Malti bil-Musical ‘Il-Perit’. Musical li se jitella’ fuq skala nazzjonali fis-Teatru ta’ L-Universita’ f’Tal Qroqq fit-23, 24 u 25 ta’ Settembru 2016. Dan il-musical, li huwa produzzjoni tal-Kumpanija Bronk għandu kitba ta’ Brian Bonnici, li huwa wkoll l-awtur tal-lirika kollha tat-28 kanuzetta li se jiġu interpretati minn bosta kantanti stabbiliti.

Il-mużika hija wkoll kollha oriġinali xogħol il-kompożitur Domnic Cini li ha ħsieb ukoll ir-recordings. Id-Direzzjoni Artistika hija ta’ Tonio Vella.

Il-musical se joffri spettaklu mill-aqwa u uniku ta’ kant, żfin, mużika u anke filmati awtentiċi li meta mħallta flimkien, se joffru lill-pubbliku Malti wieħed mill-aqwa musicals li saru f’pajjiżna.

Aqra aktar

Biex tiskopri x-Xlokk…

Wirt iż-Żejtun se tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha waqt Żejt iż-Żejtun.  Din is-sena il-wirja hija ġabra ta’ ritratti taħt it-tema: “Niskopru ix-Xlokk – Kollezzjoni Fotografika tal-Ing. Charles Mifsud”.

Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja se jsir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fis-18:00 fl-intrata tal-Istitut Ġesu’ Nazzarenu fi Triq San Girgor, iż-Żejtun.

Aqra aktar

Send this to a friend