“Ħad-Dingli – Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet” Din hi l-14-il edizzjoni li se tkun qed tittella’ l-Ħadd li ġej f’Ħad-Dingli li tibda fit-8:00 ta’ filgħodu sal-17:00 ta’ wara nofsinhar. Attività li hi ffukata li tippromwovi t-tradizzjonijiet tal-Gżejjer Maltin b’mod speċjali dawk Dinglin. Din hi mera ta’ x’joffri r-raħal ta’ Ħad-Dingli fil-qasam kulturali, agrikolu, gastronomiku tradizzjonali u l-aspetti ekoloġiċi tal-madwar.
Din l-attività se sservi ta’ pjattaforma għal dak li r-raħal kapaċi joffri, b’esperjenza agrikola unika fejn il-viżitaturi jistgħu josservaw u jieħdu sehem fit-tradizzjonijiet agrikoli li, sfortunatment, qed jispiċċaw, u li posthom qiegħed jittieħed minn diversi żviluppi teknoloġiċi.
Din hija attività li ta’ kull sena tkun ta’ success. Fil-fatt, is-sena l-oħra attendew iktar minn għaxart elef ruħ, fosthom anke turisti.