Kultura | One News - Part 50

Notifiki

Il-pjanist Richard Clayderman b’kunċert f’pajjiżna

Il-pjanist Franċiż ta’ fama internazzjonali Richard Clayderman jinsab Malta biex flimkien ma’ string octet minn Hamburg, il-Germanja, jagħti kunċert bl-isem “From Paris with Love” f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt, illum il-Ħadd fis-7.30 ta’ filgħaxija.
Aqra aktar

Ħarab il-Bambin!

Dan il-Milied, il-Bambin jagħlaq sena. Il-Pasturi ta’ Selmun jiddeċiedu li jagħmlulu l-quċċija. Iżda jinqala’ l-inkwiet meta r-Rieqed jorqod u l-Bambin jisparixxi. Tgħid il-Bambin ħarab, jew serquh? Fejn mar? Fejn ħaduh? Tgħid l-Għaġeb, ir-Rieqed, il-Kaċċatur, il-Mara tal-Ħatab, Il- Mara tal-Bir u l-Furnara għad isibuh lil Ġesu? U l-Gawgaw, il-mostru Malti tal-Milied, x’qiegħed jagħmel f’dan il-Presepju?

Ejjew u taraw dan il-Presepju Malti ħaj b’differenza, nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016, fiċ- Ċentru tal-Viżitaturi Selmun-Imġiebaħ (faċċata tal-Palazz). Id-dħul u parkeġġ huma b’xejn. Ħinijiet: 11:00am, 1:30 pm, 2:30pm, 3:30pm. Fl-4:30pm purċissjoni bil-Bambin miċ-Ċentru tal-Viżitaturi għall-Kappella ta’ Selmun u wara Prietka tat-Tifla fil-kappella.

Ta’ Ħal Għaxaq ħasbu fir-Russi li jgħixu hawn Malta

 

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ingħaqad ma’ 2 Minds Events biex dan il-Milied ħaseb fir-Russi li jgħixu hawn Malta.

Tul ir-Russian Winter Fest wieħed se jgawdi minn għazla kbira ta’ ikel tipiku Russu msajjar minn koki Russi, kif ukoll xorb tipiku, artiġjanar u divertiment Russu. L-attività ser tkun mifruxa fuq jumejn, nhar is-Sibt 10 ta’ Dicembru mill-5pm ‘l quddiem u l-Hadd 11 ta’ Dicembru 2016 minn 10am sa 6pm fil-Pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

Aqra aktar

Issa tista’ żżur wkoll il-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu – Heritage Malta laħqet ftehim

Il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu mmexxija mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta (SMOM) se tkun aċċessibbli għal kull min iżur dan il-forti mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. Dan huwa possibbli wara ftehim milħuq ma’ Heritage Malta.

Il-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu kienet ingħatat lill-SMOM b’kirja fl-1998 u wara ġiet anke rrestawrata. S’issa, din il-parti tal-forti kienet rarament miftuħa għall-pubbliku ġenerali.

Aqra aktar

Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat KUNĊERT fil-Katidral ta’ l-Imdina nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru fis-7.30 ta’ filgħaxija b’riżq id-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se ddoqq fost l-oħrajn kompozizzjonijiet ta’ Nino Rota: Legend of the Glass Mountain, John Stevens – Benediction, Hay Malotte – The Lord’s Prayer u Tantum Ergo ta’ Paolo Nani. Il-Banda tal-AFM se tkun akkumpanjata mill-Coro Bel Canto. Kompozizzjoni ohra hija silta mill-musical: San Ignazju ta’ Loyola, bi kliem ta’ Dr John A. Agius u mużika ta’ Bdr Twanny Borg.

Aqra aktar

Tibża’ mill-babaw? Jew forsi l-gawdaw, Gadajdu, il-ħeddiela, jew il-ħares?

 

Bħalissa qeda tittella’ wirja ta’ arti viżiva, bl-isem ta’ Hotel Babaw gewwa l-lukanda Splendid, fi Strada Stretta, il-Belt Valletta.

Il-wirja tal-artist Malti Joseph Bugeja tikkonsisti f’25 pittura, zejt u akriliċi u s-suġġett huwa krejaturi li nsibu fil-folklor Malti, li l-aktar fi żmien missirijietna kienu jxerdu biża fil-gżejjer tagħna.

Sfortunatament ħafna minn dawn il-karattri jew drawwiet qegħdin jintesew maż-żmien u għalhekk l-artist, wara ħafna riċerka u ħin fuq il-mejda tat-tpenġija, iddeċieda li bl-arti tiegħu jagħti iktar għarfien lil dawn il-ħlejjaq. Fost il-karattri li jiffurmaw parti minn din il-wirja insibu  il-Gawgaw, Gadajdu, il-ħeddiela, il-babaw, il-ħares u ħafna oħrajn.

Aqra aktar

B’sogħba kbira

Wara s-suċċessi ta’ Tikber u tinsa u B’tal-linja jaqbillek żgur, Simon Bartolo jirritorna bix-xogħol il-ġdid tiegħu … B’sogħba kbira!
Aqra aktar

Ikla tajba f’Għid tal-Erwieħ

Heritage Malta se tfakkar tradizzjonijiet popolari tal-mewt tal-erwieħ u l-ħajja wara l-mewt permezz tal-Għid tal-Erwieħ. Din l-attività tinkludi ikla tradizzjonali u tematika fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Fl-isfond ta’ rappreżentazzjoni teatrali tal-biki tan-newwieħa l-ikla hija tradizzjonalment magħrufa bħala dik tal-ħanżira tal-erwieħ. Isimha oriġina minn drawwa lokali f’din l-okkażjoni fejn il-Maltin kienu jħallu ħanżir jiġri fit-toroq b’qanpiena mdendla ma’ għonqu u wara li jismen jinqatel u jissajjar u jitqassam lill-fqar.

Il-majjal il-forn huwa l-platt ewlieni ta’ din l-ikla tematika li se jissajjar fl-attivitá li se ssir fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Ġeneralment l-ikla tibda bil-maħluta li hija xarba li tissimbolizza t-taħlit ta’ ħlewwa u qrusa fil-ħajja tagħna. Se jkun hemm ukoll ħobż mixwi bit-tewm u tursin magħruf bħala l-ftieti tal-għaża, il-kawlata kif ukoll il-ħelu sinonimu ma’ din l-okkażjoni magħruf bħala l-għadam tal-mejtin.

Aqra aktar

Send this to a friend