Kultura | One News - Part 5

Notifiki

VERONIKA.. Dramm għal Żmien ir-Randan

“Mil-lum ‘l quddiem, int se tibda tissejjaħ ‘VERA IKONA’, il-mara li f’idejha żżomm ix-xbieha ta’ vera.” Minn hawn ħadet isimha il-mara li hemm diversi stejjer, xniegħat u leġġendi dwar min fil-verità setgħet kienet dik il-qalbiena, li xxuttat il-wiċċ Divin ta’ Kristu stampat fuq il-velu, waqt li kien tiela t-telgħa tal-kalvarju u li kellu jibqa’ meqjum għal diversi snin fost l-ewwel insara li bdew jimxu wara Ġesù.

Aqra aktar

Jittella’ l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2019: Jirbħu Gianluca Cilia u Martina Galea Loffreda

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019 ittella’ fi tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019) . Il-kantanti parteċipanti kienu ta’ eta’ bejn il-11 u s-16-il sena. Is-sittax-il kanzunetta finalista kienu akkumpanjati minn ensemble mill-Malta Concert Orchestra, taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown.

Aqra aktar

Isma’: Sett ta’ marċi funebri ġodda mill-Banda Peace tan-Naxxar

Il-Banda Peace dalgħodu qiegħda tniedi CD ġdida ta’ Marċi Funebri bl-isem “Osculum Proditionis” li tfisser “Il-Bewsa tat-Tradiment”. F’ din ic-CD nisimaw sett ta’ Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

Aqra aktar

Jiċċertifikaw lill-ħaddiema tagħhom fl-oqsma tal-ospitalità u t-tindif

L-OZO Group, li jimpjega ’l fuq minn 3,000 ħaddiem fil-kumpaniji sussidjarji tiegħu, daħal għal biċċa xogħol kbira – dik li jiċċertifika lill-istaff kollu tiegħu fl-oqsma tal-ospitalità u t-tindif. Il-korsijiet full-time ta’ ġimgħa, li jinkludu lezzjonijiet tal-Ingliż għall-użu fis-setturi tal-ospitalità, l-ikel u x-xorb, l-iġjene, u l-miżuri tas-saħħa u s-sigurtà, huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE).Aqra aktar

Skopri l-istorja tal-kollezzjoni Nazzjonali ta’ pitturi u skulturi fil-MUŻA

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Marzu, Heritage Malta qed tistieden il-pubbliku għat-taħdita Stories and Histories: The genesis of the national collection of paintings and sculptures, li se ssir fil-mużew tal-arti, il-MUŻA.

Fl-2020, MUŻA u Heritage Malta se jkunu qed jiċċelebraw il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Berġja tal-Italja bħala s-sede ta’ dak li kien magħruf bħala l-Valletta Museum, u l-fondazzjoni tas-sezzjoni tal-arti li llum hija l-MUŻA, li issa ġiet relokata mill-ġdid għal-post fejn ngħatat il-ħajja. Infatti, fi Frar tal-1920 il-proposta biex il-Berġja tal-Italja tiġi trasformata f’mużew tqieset bħala l-aħjar lwog fejn Vincenzo Bonello, il-fundatur tal-kollezzjoni li llum tifforma l-MUŻA, seta’ jiġbor flimkien it-teżori nazzjonali.Aqra aktar

‘Filium Dei’- id-dramm tal-Ġimgħa l-Kbira 2019 minn Senglea Drama Group

Għal dawn l-aħħar għaxar snin, grupp tad-drama fil-lokalita’ tal-Isla, illi jġib l-isem ta’ Senglea Drama Group, dejjem ħa ħsieb sabiex itella’ drammi għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-sena, dan l-istess grupp qed iħejji bil-preparamenti tiegħu sabiex jippreżenta dramm ieħor għal dawn iż-żminijiet. Id-dramm ta’ din is-sena bl-isem ‘Filium Dei’, huwa dramm fuq il-ħajja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Waqt dan id-dramm, dawk kollha illi ser jattendu għalih, se jkunu jistgħu jgħixu flimkien mal-atturi, l-istorja ta’ dak illi ġie fostna sabiex isalva lill-umanita’ mid-dnub.Aqra aktar

“Ma tistax ma tapprezzax il-professjonalità tal-vidjo mużikali ta’ Michela”- kritiku u riċerkatur tal-Eurovision

Jidher li ntlaqgħet tajjeb il-kanzunetta li biha l-kantanta Maltija Michela se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision ta’ Mejju li ġej f’Tel Aviv tant li f’inqas minn 24 siegħa mindu ġie ppubblikat il-video tal-kazunetta Chameleon, kienu kważi 300,000 ruħ  li rawh fuq you tube.Aqra aktar

Arkivju diġitali ġdid se jirrakkontalek l-istorja ta’ wieħed mill-aktar teatri popolari f’Londra

L-arkivji tat-teatru Shakespeare’s Globe issa jinsabu online u huma disponibbli għad-dilettanti tas-settur teatrali Ingliż. Fost dawn id-dokumenti hemm rapporti uffiċjali dwar aktar minn mitejn produzzjoni li saret f’dan it-teatru.

L-arkivju diġitali ġdid tnieda fl-aħħar jiem fuq is-sit uffiċjali tat-teatru, u jinkludi kumpilazzjonijiet u noti dwar kostumi, programmi, u ritratti, biex ir-riċerkaturi tal-qasam ikollhom għażla kbira tal-istorja rikka ta’ dan it-teatru.

Il-proġett kien kollaborazzjoni bejn it-teatru stess u l-pubblikaturi akkademiċi fi ħdan Adam Matthew Digital, li jispeċċjalizza fil-qasam tat-tagħlim u r-riċerka.

Send this to a friend