Kultura | One News - Part 48

Notifiki

€10,000 għal produzzjoni fil-festival internazzjonali tal-arti

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 b’kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali Malti għall-Arti ħabbru sejħa pubblika għal produzzjoni b’numru ta’ dixxiplini (teatru, żfin, mużika, new media) li tiġbor fiha waħda jew tgħaqqad uħud mit-temi tal-Presidenza: il-Migrazzjoni, is-Settur Marittimu, is-Sigurtà, is-Suq Uniku, il -Viċinat tal-Ewropa u l-Inklużjoni Soċjali.

Aqra aktar

Żwieġ la Maltija fil-Forti Sant’Anġlu

Personalitajiet prominenti se jkunu fost il-protagonisti ewlenin tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Il-Qarċilla li se terġa’ ssir fil-Forti Sant’Anġlu minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Universitá ta’ Malta, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u tal-Kumitat tal-Karnival.

Aqra aktar

Karnivalata ta’ baned fil-Ħamrun

Wara s-suċċess ta-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali Ħamrun ħa  jerġa’ jorganizza l-Karnival tal-Baned bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Festi Nazzjonali. Dan se jsir nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar mid-09:30 ‘l-quddiem.  Is-sena li għaddiet intlaqa’ tajjeb ħafna mil-Maltin u turisti li attendew bil-bosta fejn gawdew l-atmosphera mil-isbah tal-karnival li  kien hemm fi Triq il-Kbira San Guzepp.

Dan il-Karnival tal-Baned ha jieħdu sehem sitt baned, it-tlett soċjetajiet mużikali Ħamruniżi, il- banda tal-Scouts,  banda oħra Maltija u Tikka Banda.

Mal-baned li ħa jiehdu sehem f’parata tul triq il-Kbira San Ġużepp ha jkunu hemm magħhom erba’ karrijiet b’temi satiriċi, fosthom ir-Re tal-Karnival.

Aqra aktar

It-Taljani japprezzaw Wirt iż-Żejtun

Nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Frar 2017 infetħet wirja fotografika intitolata “Ix-Xlokk ta’ Malta” fl-Atriju tal-Għaqda Dinjija tal-Ikel u Agrikoltura (FAO) f’Ruma.

Il-ftuħ sar mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-FAO, is-Sur Thomas Laurient u l-Ambaxxatriċi għal Malta f’Ruma, Dr. Vanessa Frazier. Il-wirja, li fiha ritratti tax-Xlokk ta’ Malta meħudin mill-Inġ. Charles Mifsud, kienet ġiet ikkumissjonata minn Wirt iż-Żejtun u kienet għamlet parti mill-attivitajiet li ġew organizzati s- sena l-oħra biex jiġi iċċelebrat għeluq il-ħames snin mill-fundazzjoni tal-għaqda.

Kelliema oħra kienu s-Sur Sergio Passariello, Ċermen tal-Mediterranean Academy of Culture, s-Sra Matilde Ferraro mill-fond kulturali “Paolo di Tarso”, kif ukoll l-Inġ. Charles Mifsud. Il-wirja, li hi waħda mill-attivitajiet li qed isiru tul il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, qed tittella’ fuq inizjattiva tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u ser tinżamm miftuħa għal pubbliku in ġenerali sal-aħħar t’April.

Kieku inti tiekol waqt funeral?

Heritage Malta se tieħu lill-Katakombi ta’ San Pawl lura fis-snin meta bl-attività ‘Mortem’ se ġġedded it-tifkiriet meta r-Rumani kienu jikkommemoraw lill-mejtin b’ritwali funebri u ikla abbinata mad-difna.

‘Mortem’ kienet issir fi żmien li fih kienet tiġi ċċelebrata l-festa Rumana tal-parentalia. Fl-attivitá fil-Katakombi ta’ San Pawl jispikkaw l-esibizzjoni kif kien isir funeral Ruman fejn il-pubbliku jista’ jipparteċipa u l-ikla abbinata mad-difna fuq l-agape, treasure hunts għat-tfal, lectures dwar is-suldati Rumani u tradizzjonijiet Rumani u dwar skavar fil-Katakombi ta’ San Pawl. Ikun hemm ukoll parata u esibizzjonijiet mill-grupp Legio X Fretensis. Matul il-ġurnata se jkun hemm għall-bejgħ ikel u xorb tradizzjonali Ruman ibbażat fuq riċetti riċerkati.

Aqra aktar

Disa’ pitturi mill-kollezzjoni nazzjonali għall-wiri f’Palazzo Barberini f’Ruma

Disa’ pitturi li jifformaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali u li se jkunu esebiti wkoll fil-mużew il-ġdid tal-arti, il-MUŻA, jinsabu esebiti b’mod prominent fil-wirja ‘Mediterraneo in Chiaroscuro – Ribera, Stomer e Preti da Malta a Roma’ f’Palazzo Barberini f’Ruma.

Fost il-pitturi mislufin għal din il-wirja jinkludu dawk tal-artisti Jusepe de Ribera, Mattias Stom u Francesco de Mura. Dawn jinsabu esebiti ħdejn pitturi oħrajn li jifformaw parti mill-kollezzjoni ta’ Palazzo Barberini. Il-wirja tgħaqqad lil artisti barranin, fosthom ukoll dawk li ġejjin minn ċentri ta’ produzzjoni artistiċi Taljani, li għexu f’Ruma u kienu segwaċi tal-pittur Caravaggio u tal-istil tiegħu magħruf bħala ‘chiaroscuro’. Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-21 ta’ Mejju fil-Gallerija Nazzjonali tal-Arti f’Palazzo Barberini.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta’ kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival

Il-festival tal-mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta kull Jannar issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu. Minn sena għall-oħra dan l-avvenment żied fil-popolarità. Illum il-ġurnata jiġbed udjenza ta ‘l fuq min sitt elef spettatur u sar kalamita għall-iktar mużiċisti rinomati fil-kamp tal-mużika Barokka madwar id-dinja.

Fost oħrajn isir ‘Inspired by Baroque’, li fih tindaqq mużika ta’ kompożituri li ġew wara il-perjodu Barokk, però l-mużika tagħhom ġiet influwenzata b’xi mod mil-era Barokka.

Sas-sena l-oħra il-kompożituri magħżulin għall-dan il-kunċert kienu dejjem barranin. Din is-sena għall-ewwel darba il-kunċert ser jinkludi xogħol tal-kompożitur kontemporanju Malti Reuben Pace.

Dan kien possibli għaliex il-bord tal-festival taħt it-tmexxija tas-Sur Kenneth Żammit Tabona ħa l-inizjattiva illi jikkumissjona dan ix-xogħol.

Aqra aktar

Sherlock iktar popolari mir-Reġina

Jum l-ewwel tas-sena. Jum għall-ikliet, jum biex nirkupraw wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejl ta’ qabel.

Imma għal persentaġġ mdaqqas  fisser ukoll il-bidu ta’ staġun ġdid għas-serje Ingliża, Sherlock. Iktar minn 8 miljun telespettatur fl-Ingilterra twaħħlu quddiem it-televiżjonijiet biex wara żmien twil ta’ stennija jerġgħu jingħaqdu mad-duo Sherlock u Watson. Duo li qabel dan is-serje kienu assoċċjati mal-pipa u l-lenti li ħoloq Sir Arthur Conan Doyle.

Aqra aktar

Send this to a friend