Kultura – Page 47 – One News

Notifiki

Żieda fl-udjenza għal żewġ festivals ewlenin tas-sajf

 

Il-Kunsill Malti għall-Arti hu kburi bir-riżultat taż-żewġ festivals ewlenin tas-sajf li ttellgħu fl-aħħar jiem ta’ Ġunju sa t-22 ta’ Lulju. Minbarra ż-żieda fiċ-ċifri ta’ kemm dawn raw nies, il-Kunsill hu kuntent li l-Festival Internazzjonali tal-Arti u l-Festival tal-Jazz Malti qegħdin dejjem ikomplu jiżviluppaw kif ukoll qegħdin jilħqu firxa akbar ta’ nies.

Aqra aktar

Esperjenza l-awdjo-viżiva l-ġdida fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Wara xogħol estensiv ta’ konservazzjoni fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Heritage Malta irrevediet l-interpretazzjoni u l-preżentazzjoni fis-sit biex il-pubbliku jkun jista’ jifhem u jesperjenza dan is-sit preistoriku aħjar. U grazzi għal żviluppi fit-teknoloġija, l-viżitatur issa għandu l-opportunitá jesplora dan is-sit permezz ta’ esperjenza awdjo-viżiva ġdida fiċ-ċentru tal-viżitaturi l-ġdid, anke jekk ma jkunx laħaq xtara biljett għat-tour regolari.

Aqra aktar

Fadal ġimgħa għall-Iljieli Melleħin – imħabbra d-dettalji!

Għall-10 sena konsekkuttiva, l-Kunsill tal-Mellieħa ser ikun qed jorganiżża l-Iljieli Melleħin. Din is-sena l-Iljieli Melleħin ser jittellgħu bejn il-21 u 23 ta’ Lulju u l-attivitajiet se jsiru kollha fil-qalba tar-raħal pittoresk tal-Mellieħa.

X’se jiġri?

L-Iljieli Melleħin se jibdew il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju mit- 8 ta’ filgħaxija il-quddiem f’ Misraħ il-Parroċċa, Mellieħa, fejn se jkun hemm kunċert eċċezzjonali mtella’ mill-aqwa DJs ta’ Malta, Lio, JJOY u Ziggy.

Is-Sibt 22 ta’ Lulju it-toroq prinċipali tal-Mellieħa se jingħalqu għat-traffiku biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku, fejn se jkunu jistgħu jaraw diversi esebizzjonijiet kif ukoll spettakli mużikali.

Aqra aktar

Festa ta’ arti u artiġjanat fiż-Żejtun

L-għaqda Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkunu qed jorganizzaw l-attività ‘L-Arti fil-Beraħ’ għada l-Ħadd, 9 ta’ Lulju, 2017 bejn 9.00 a.m. u 12.00 p.m. f’Misraħ San Girgor (maġenb il-Parroċċa l-Qadima magħrufa bħala Ta’ San Girgor), iż-Żejtun. Dan misraħ se jkun qed jinbidel f’festa ta’ arti u artiġjanat.

Aqra aktar

Jirritornaw l-Iljieli Melleħin

Għall-10 sena konsekkuttiva, l-Kunsill tal-Mellieħa ser ikun qed jorganiżża l-Iljieli Melleħin. Din is-sena l-Iljieli Melleħin ser jittellgħu bejn il-21 u 23 ta’ Lulju u l-attivitajiet se jsiru kollha fil-qalba tar-raħal pittoresk tal-Mellieħa.

L-Iljieli Melleħin se jibdew il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju mit- 8 ta’ filgħaxija il-quddiem f’ Misraħ il-Parroċċa, Mellieħa, fejn se jkun hemm kunċert eċċezzjonali mtella’ mill-aqwa DJs ta’ Malta, Lio, JJOY u Ziggy. Dawn se jassiguraw lejla fantastika b’ mużika mill-aqwa.

Is-Sibt 22 ta’ Lulju it-toroq prinċipali tal-Mellieħa se jingħalqu għat-traffiku biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku, fejn se jkunu jistgħu jaraw diversi esebizzjonijiet kif ukoll spettakli mużikali. Fit-Triq Gorg Borg Olivier se jkun hemm Muzika Tradizzjonali Maltija fejn fost l-oħrajn se jkun hemm The Greenfields, Aurora Folk Group u l-Għana Maltija kif ukoll mużika rock minn Kylie Coleiro u Klinsmann and the Planet Seed Band. Se jkun hemm ukoll mużika Jazz fil-Bitħa tas-Santwarju kif ukoll korijiet ġewwa s-Santwarju. Artiġjanati u artisti lokali se jkunu qed jesebixxu xi xogħlijiet u se jkun hemm ukoll wirja ta’ karozzi fost diversi attrazzjonijiet oħra. Ir-ristoranti tal-Mellieħa se joffru l-possibilita ta’ “dining al fresco”. F’ Misraħ il-Parroċċa se jkun organiżżat BBQ bi spettaklu mtella’ minn Artemocion Dance Studio, Cash and Band u Joe Demicoli.

Aqra aktar

SKS f’Għawdex għall-“Fiera Sajfija tal-Ktieb”

SKS Publishers (Sensiela Kotba Soċjalisti) qed jistiednu lil dawk li għandhom għal qalbhom il-kotba iżuru l-istand tagħhom fil-Fiera Sajfija tal-Ktieb li se tittella’ f’Sir M. A Refalo Sixth Form, ir-Rabat Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju. Id-dar tal-Pubblikazzjoni se tkun qed tbigħ novelli, rumanzi minn awturi l-aktar magħrufa Maltin u Għawdxin li jinkludu l-awturi Alfred Sant, Frans Sammut, J.J Camilleri, Pawlu Xuereb, Lino Spiteri, Ġuże` Chetcuti, Karmenu Vassallo, u Mikiel Anton Vassalli, Juann Mamo, Ġuże` Bonnici, Ġuże` Ellul Mercer, Ġuże` Orlando, Gino Muscat Azzopardi, Ivo Muscat Azzopardi. SKS se jesebixxu ‘Is-Sejħa’, ġabra ta’ stejjer ta’ Lu Xun li inqalbu miċ-Ċiniż għall-Malti minn Clifford Borg Marks.

Aqra aktar

Iż-Żwieten jgħallmu kif tagħmel l-inbid

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel tal-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 10, 17, u 24 ta’ Lulju, 2017 bejn is-6.00 p.m. u s-7.30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun. 

Matul dawn it-tlett laqgħat dawk li se jattendu se jkunu qed jitgħallmu dwar l-apparat u l-ingredjenti li għandek bżonn biex tagħmel l-inbid, kif tagħraf għeneb tajjeb għall-għasir, il-ħmira naturali mqabbla mal-ħmira tal-pakkett; L-istadji differenti tal-proċess biex tagħmel l-inbid: it-tagħsir tal-għeneb, għaliex l-inbid ma jibqax ibaqbaq, u għaliex tagħmel it-taqlib (racking), l-importanza tal-indafa, l-użu tal-idrometru; kif taħżen l-inbid, kif jimmatura u kif jiġi bbottiljat.

Il-kors hu miftuħ għal kulħadd minn Malta u Għawdex. Dan il-kors huwa miftuħ ukoll għal dawk li qatt m’għamlu inbid u jixtiequ jkunu jafu l-proċess kif isir.

Aqra aktar

Music Sensations fiż-Żurrieq, b’risq l-ALS Malta

Is-Sezzjoni Żagħżagħ Karmelitani taż-Żurrieq ser torganizza l-kunċert Music Sensations, nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju mit-8.30pm ‘il quddiem fi Pjazza San Ġorġ in-Nigret fiż-Żurrieq.

Din l-attività ser tkun ippreżentata minn Pierre Cordina u Alana Bondin bis-sehem tal-kantanti lokali Eleanor Cassar, Jessika, Brooke Borg, Tiziana Calleja, Deborah C u Josef Tabone.

Id-dħul għal dan il-kunċert hu b’xejn, iżda se jinġabru donazzjonijiet b’risq l-ALS Malta.

Aqra aktar

Jirritorna l-Beland Music Festival

Il-‘Hard Rock Cafe – Beland Music Festival hija attivita mużikali mifruxa fuq 3 ijiem li tinvolvi għad ta artisti ta kalibru kbir, khem lokali kif ukoll internazzjonali. Wara s’suċċess tal-ħames edizzjonijiet li għaddew li ġibdu eluf ta nies lejn ir-raħal taż-Żejtun fejn tiġi organizzata din l-attivita, is-sitt edizzjoni qed tkun imtellgħa bejn il-5 u 7 ta Lulju għal darb’ oħra fiż-żona ta Bulebel iż-Żejtun.

Din l-edizzjoni ser tkun akbar minn qatt qabel, bil-parteċipazzjoni ta żewġ gruppi nternazzjonali flimkien ma l-aqwa talent Malti. Il-festival ser jiftaħ bi spettaklu mill grupp Alphaville li ħadu l-fama fis-snin 80 bid-diski ‘’Big in Japan’’, ‘’Jet Set’’, ‘’Dance With Me’’ u ‘’Forever Young’’. Chris Norman – il-vuċi oriġinali tal-grupp Smokie, ser ikun qed jagħmel kunċert flimkien mal-band tiegħu il-Ħamis fit-tieni jum tal-festival, Chris Norman huwa magħruf għas-suċċess li kiseb fil-karriera ma Smokie bid-diski ‘’Living Next Door To Alice’’, ‘’If You Think You Know How To Love Me’’, ‘’Mexican Girl’’, “It´s Your Life” u “Lay Back In The Arms Of Someone” u wara fil-karriera solo bid-diski “Stumblin’ In” u “Midnight Lady” fost l-oħrajn. Il-Festival jgħalaq b’kunċert straordinarju u tant mistenni ta Ira Losco, dan ser ikun l-ewwel kunċert tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision, u ser ikun spettaklu nnovattiv li jinvolvi numru ta artisti lokali u nternazzjonali.

Aqra aktar

Send this to a friend