Kultura – Page 45 – One News

Notifiki

Ittella’ saqajha mal-koxxa tal-bieb tal-Knisja tan-Naxxar

Fir-ritratt tidher Lizabeth Virginia Scott imwielda bħala Emma Matzo fid-29 ta ‘Settembru, 1922 u mietet 31 ta’ Jannar, 2015.  Kienet  attriċi Amerikana, magħrufa għall-vuċi partikolari ħafna u anke bħala l-aktar wiċċ sabiħ fil-film matul l-1940 u l-1950.

Wara l-irwol ta’ Sabina fil-produzzjonijiet oriġinali ta’ Broadway u Boston ta’ The Skin of Our Teeth, 1963, ħadet sehem ukoll f’diversi films: Dead Reckoning (1947), Desert Fury (1947), u Too Late for Tears (1949).

Minn 22 filmat tagħha, hija kienet il-mara ewlenija kollha apparti f’wieħed. Minbarra l-palk u r-radju, deheret ukoll fuq it-televiżjoni mill-aħħar tas-snin tletin sa l-bidu tas-sebgħinijiet.

Fir-ritratt tidher tippoża mal-bieb tal-bronż tal-Knisja ta’ Marija Bambina fin-Naxxar fejn tellgħet saqajha mal-koxxa tal-bieb. Mur għamlilhom hekk lin-Naxxarin illum!

1.3 miljun żjara fis-siti ta’ Heritage Malta matul l-2017

Sena ta’ suċċess għall-Aġenzija Heritage Malta fejn fl-2017, xejn inqas minn 1.3 miljun persuna ġew irrekordjati li żaru s-siti u l-mużewijiet tagħha: l-ikbar ammont ta’ żjarat minn kemm ilha teżisti din l-aġenzija. Din tirrappreżenta żieda ta’ kważi tnax fil-mija (12%) fuq is-sena 2016 u żieda ta’ kważi sitta u għoxrin fil-mija (26%) fuq ħames snin ilu, l-2012.

Apparti minn dawn il-1.3 miljun żjarat paganti kien hemm ukoll iktar minn 3,000 ġenitur jew familjari li bbenefikaw mill-iskema li tinċentiva l-attendenza b’xejn tat-tfal akkumpanjati minn membri tal-familja fis-siti ta’ Heritage Malta.

10,000 oħra kienu anzjani li bbenefikaw mill-iskema ta’ żjarat fis-siti ta’ Heritage Malta li jkunu organizzati mill-kunsilli lokali jew minn gruppi tal-lokal, flimkien ma’ aktar minn 30,000 student tal-iskola li ġew iżuru l-mużewijiet u s-siti għal programmi edukattivi.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dawn huma riżultati eċċellenti tal-viżjoni tal-Gvern li jkabbar l-udjenzi fis-setturi kulturali u tal-apprezzament tal-wirt storiku fejn sostna wkoll li l-Gvern huwa komess li jkompli jaħdem biex jiddemokratizza dawn is-setturi importanti.

Strada Stretta tkompli tissemma barra minn Malta

Il-qawmien mill-ġdid ta’ Strada Stretta qed iġedded l-interess f’din it-triq anki barra minn Malta. Xhieda ta’ dan huma artikli fil-gazzetti Ġermaniżi Augsburger Allgemeine tas-27 ta’ Diċembru li għadda u f’Der Spiegel tal-10 ta’ Jannar ta’ din is-sena. L-artikli nkitbu minn Lilo Solcher waħda mill-ġurnalisti ewlenin tal-ivvjaġġar ġol-Ġermanja.

Il-features jorbtu l-magħmudija mill-ġdid ta’ Strada Stretta mar-rinaxximent tal-Belt meta din is-sena, Valletta qed tiċċelebra t-titlu tal-Belt Ewropea tal-Kultura. Solcher semmiet l-artiklu L-isqaq u l-Istorja Speċjali Tiegħu. Solcher tidħol fid-dettal dwar kif din it-triq kellha u għad għandha sehem importanti fil-ħajja tal-Belt.

Il-ġurnalista iltaqgħet ma’ George Cini li kiteb żewġ kotba bil-Malti dwar Strada Stretta u għadu kemm ħareġ verżjoni bl-Ingliż bil-ktieb Strait Street Secrets and Stories from behind Closed Doors. Solcher tgħid li Cini fittex l-ġrajjiet wara l-faċċata tal-bini ta’ din it-triq, iltaqa’ ma’ barmaids li kienu jaħdmu fil-ħwienet tal-baħrin, u ma’ rġiel li kienu jilbsu ta’ nisa u jagħtu x-xows lin-nies tas-servizz. Dan kollu filwaqt li ġabar kollezzjoni ta’ ritratti li jitfgħu dawl dwar x’kien jiġri ġo Strada Stretta.

“Dawn il-kotba huma l-memorja ta’ din it-triq kif kienet darba. Dinja li ntemmet,” tgħid Solcher.

Strada Stretta ipprovdiet xogħol għal barmaids li ħafna minnhom kienu ġejjin minn familja fqar u bil-flus li qalgħu għenu lil ġenituri u lil ħuthom ikampaw. It-triq weldet ukoll nies b’ talent artistiku, fosthom mużiċisti tal-jazz and stil ta’ ħajja kosmopolitana li Malta ma kienetx tesperjenza mingħajr Strada Stretta.

Solcher kellmet ukoll lil Giuseppe Schembri Bonaci, diretttur artistiku ta’ Strada Stretta Concept dwar l-attivitajiet kultural ta’ livel għoli li diġa ħoloq flimkien ma’ oħrajn ippjanati għal dis-sena. Jason Micallef, chairman ta’ Valletta 2018 Foundation huwa kkwotat jgħid: “Aħna nqisu l-kultura bħala investiment għal futur”.

L-artikli ssibhom billi tafas fuq: https://lilos-reisen.de/valletta-und-die-strait-street/
http://www.spiegel.de/reise/europa/valletta-die-strait-street-in-europas-kulturhauptstadt-2018-a-1185190.html

Turġien strambi

Jekk qatt kellek mument kwiet ħdejn xi razzett antik qatt innutajt tliet tarġiet ħerġin minn mal-hajt?
Dawn abbli kienu jsiru apposta biex il-bidwi jitla’ fuqhom u jkun jista’ jpoġġi fuq il-karettun. X’aktarx li eżatt maġenbhom issib il-marbat; bħal ġebla mtqabba li kienu jorbtu l-bhejjem magħhom.

Interessanti l-fatt, li matul il-perjodu tal-Kavallieri u qabel il-wasla tal-Ingliżi, id-direzzjoni tat-traffiku li ntużat f’Malta kienet kuntrarja għal tal-lum, in-naħa tal-lemin.

Dawn it-tip ta’ turġien mhux li għadek tara minnhom; issib uħud li għadhom jeżistu fil-Qrendi, fil-Belt Valletta u anke fl-Għarb, Għawdex.
Ritratt: Daniel Cilia

Freddie Castelleti b’cd album ġdid

Il-kantant Malti Freddie Castelletti, lejn tmiem is-sena 2017 għadu kemm ħareġ Cd Album ġdid b’isem ta’ “Sa Fejn Naf Jien”. Cd li jżomm il-livell għoli bħat-tnejn l-oħra li kien ħareġ lura lejn is-sena 2003 li kienu jġib l-isem ta’ “Freddie Castelletti” u “Back Again” li kien ħareġ fl-2009.

Il-lirika u l-mużika hija tal-bravu Alfred C. Sant, u l-vuċi partikolari ta’ Freddie Castelletti b’dik il-kisra unika assoċjata miegħu hija eċċezzjonali. Dan ic-Cd Album b’kollox fih 11-il silta, ħamsa bil-Malti li huma ġodda mitkuba mill-pinna ta’ Alfred C. Sant, kanzunetti waħda isbaħ minn oħra b’melodija u vuċi ta’ Freddie Castelletti.

Freddie Castelletti twieled il-Belt Valletta fl-1 ta’ Frar, 1939 u beda jkanta f’Strada Rjali. Kien żmien meta minn fuq ir-radju, bħala tifel kien jisma lill-idolu tiegħu Claudio Villa, u kont tisimgħu jkanta mal-kanzuneti li kien jisma, darba kien semgħu Charles Lucas hu Oscar Lucas, u kien qal lil ommhu, biex tħallih jkanta mal-banda tiegħu. Ommhu b’xi mod aċċettat u minn hemm beda jkanta f’Pjazza Reġina u f’istess waqt kien ingħaqad wkoll mal-kumpanija teatrali Stage Commandos u kien jieħu sehem wkoll mal-radju Muskettieri.

Kliem Malti antik: Attivita’ Sombor

Sombor: kelma li tfisser tajjeb ħafna, eċċellenti u tintuża propju fil-Belt Valletta. U hekk tassew jixraq li ngħidu dwar il-ftuħ li sar fil-kapitali Maltija Valletta.

Ħafna huma dawk li ħadu diksa l-bieraħ, li tfisser battikata. Hija kelma adattata għall-organizzaturi bix-xogħol kbir li ħadu biex kollox mar sew.

Dan il-kliem kien miktub fil-ktieb Fuq il-Kitba Maltija li nħareġ fl-1924 mill-Għaqda tal-kittieba tal-Malti.

L-aħħar jum qabel il-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018

Illum huwa l-aħħar jum ta’ preparamenti qabel għada ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.

Bosta hija l-istennija għal dan l-avveniment t’għada anke minħabba l-fatt li l-ispettaklu jidher li se jkunu fin. ta’ kalibru għoli u l-aqwa li qatt sar fil-Kapitali Maltija.

Ta’ min ifakkar li l-attivitajiet ma jieqfux għada filgħaxija. Għada se jkun biss il-bidu ta’ sena t’attivitajiet kulturali għal kulhadd fejn apparti li t-turisti se jitpaxxew, hija opportunità unika ghalina l-poplu Malti u Għawdxi biex nidhlu u niflu ġmiel il-kapitali Maltija; il-kapitali Ewropea tal-kultura għal din is-sena.

Grazzi għal Gvern preżenti, dawn l-aħħar snin saru proġetti kbar ta’ restawr fuq diversi postijiet storiċi li għadhom jintużaw sal-ġurnata tal-lum u jaqdu funzjonijiet diversi.

Fir-ritratt: Il-faċċata tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann mixgħul bi speattklu ta’ dawl.

Fl-1535 sar l-ewwel karnival f’Malta

L-eqdem referenza għall-karnival Malti tmur lura għas-sena 1535.

L-ewwel karnival sar fil-Birgu, dak iż-żmien; Borgo. Dak iż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu organizzaw ġlied fint bejniethom kif ukoll ġostri tipiċi.

Bdiet ukoll iż-żifna, li storiċi jistqarru li kien hemmhekk li twieldet il-parata tal-karnival.

Din is-sena l-karnival se jiġi ċċelebrat mill-10 sat-13 ta’ Frar u se jkun ukoll parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Valletta 2018.

 

Ritratt: qoxra tal-ktejjeb tat-tifkira li kien sar għall-karnival tal-1958.

Jaqra ktieb minn wara għal quddiem

”Interesanti huwa li ġieli naqbad ktieb li meta naqra l-ewwel kapitlu tiegħu inħossu ktieb li se jżommni u jsammarni, u rrid inkun naf kif se jispiċċa, allura jkun hemm każi li wara li naqra l-ewwel artiklu jew tnejn, immur għall-aħħar artiklu biex nara kif se tispiċċa l-istorja u hawn jista jagħti l-każ li nibqa naqrah minn wara għal quddiem. Dan għalija huwa mod interessanti ħafna qisu dak il-ħin, jien qed nagħmel parti minn ġudikatura fil-qorti li qed nassisiti għal smiegħ ta’ xi kawza fejn biex nagħti eżempju, naf li sar delitt imma rrid inkun naf għaliex sar, jew inkella jekk huwa storja ta’ mħabba, irrid inkun naf dawk it-tnejn li fl-aħħar kapitlu huma ppreżentati bħala l-maħbubin universali,  mnejn telqu u dak kollu li għaddew minnu biex illum qed jiġu ppreżentati lili b’dak il-mod.”

 

Hekk saħaq Etienne Schembri, kollega tagħna fuq ONE radio li minn ċkunitu kellu namra mal-ktieb. Kompla fuq il-passi tal-ħabib tagħna Raymond Mahoney fejn anke llum il-ġurnata jwassal ir-rumanz lis-semmiegħa, kull nhar ta’ Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa fis-13.15pm. Bħalissa qed iwassal lis-semmiegħa, ir-rumanz Marta Bint id-deffien tal-pesta ta’ Arturo Caruana fuq adattament ta’ Charles B. Spiteri.

Schembri jemmen li hemm ġeneru ta’ nies li jekk taghtihom ktieb kapaci jaqrawh malajr u jifhmuh, oħrajn li għandhom idea ta’ kif tiżvolgi storja imma ma jkollhomx l-abbiltajiet li jdommuhom flimkien biex issir kitba interessanti, u bla dubju oħrajn li kapaċi joħolqu storja, jdommuha u jagħmluha storja għal pjaċir ta’ ħaddiehor.

Idoqq waqt li jinġarr fuq karru fil-Belt Valletta

Jiġbed l-għajn dan ir-ritratt li qed jiċċirkola fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn qed naraw ċiklist b’karru marbut miegħu, u li fuqu hemm armat drum kit u l-mużiċist idoqq.

Dan il-mużiċist jifforma parti minn Tikka Banda li se tkun qed tgħin biex tmexxi l-folla fil-kapitali nhar is-sibt li ġej waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tas-sena li fiha Valletta qiegħda tiġi nkurunata bħala l-kapitali Ewropea tal-Kultura.

Dan u aktar nhar is-sibt li ġej fil-Belt Valletta. Aħsbu kmieni.

Send this to a friend