Kultura – Page 44 – One News

Notifiki

Ara: Ir-Re tal-Karnival biċ-ċapċip fi triqtu lejn il-Ħamrun

Illum ir-Re tal-karnival se jallegra l-pubbliku fil-Ħamrun.

Dan il-filmat ittella’ waqt li r-Re kien fi triqtu u d-dilettanti esprimew il-ferħ tagħhom b’ċapċip.

L-attività tibda fid-9.30 fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Fil-karru, tispikka l-qanpiena tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq wara.

 

Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw il-ħames edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fil-21-22-23 ta’ Marzu 2018, u jibda fid-9am kuljum b’attività wara oħra sal-4pm. Il-Ġimgħa l-attivitajiet ser ikomplu sa tard filgħaxija.

L-għan ta’ dan il-Festival hu li jippromwovi l-letteratura filwaqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u d-distributuri tal-kotba fejn jiltaqgħu biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom ma’ udjenza matura bħall-istudenti universitarji. Il-Festival huwa mimli b’attivitajiet li jvarjaw minn workshops u films marbuta mal-letteratura,sa qari u intervisti ma’ awturi, pitturi, illustraturi, kif ukoll diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Biblijoteka tal-Università, mużika lokali u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra.

Il-mistieden speċjali tal-Festival huwa l-awtur Sloven Jasmin B. Frelih, rebbieħ tal-Premju Ewropew tal-Letteratura tal-2016 bir-rumanz tiegħu Na/Pol (In/Half). Hu se jkun magħna fil-Kwadranglu għal attivitajiet speċjali kuljum, b’workshop dwar il-kitba kreattiva fil-21 ta’ Marzub’diskussjoni dwar il-letteratura Slovena mal-kittieb u poeta Malti Immanuel Mifsud fit-22 ta’ Marzu, u b’intervista ma’ Noel Tanti fit-23 ta’ Marzu. Nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar, Inizjamed se jtellgħu sessjoni miftuħa bil-mic bil-parteċipazzjoni ta’ Frelih. Il-festival se jagħlaq il-Ġimgħa stess filgħaxija b’mużika live minn Cryptic Street u Fuzzhoneys.Aqra aktar

Giovedi Gras; jitla’ s-separju tradizzjonali

Maskarata tini perlina
Għax warajk għandek xadina
Minflok waħda tini tnejn
Għax tiddobba xi daqqtejn.

Propjament il-karnival jingħata bidu llum fejn il-ġurnata hija magħrufa bħala Giovedi Gras.

Inbeda fiż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u baqa’ jissaħħaħ maż-żmien.

Il-kelma karnival ġejja minn Carne Vale għax il-laħam tista’ tieklu f’dan iż-żmien minħabba li l-għada tal-jiem tal-bluha jibda r-randan.

Dari, in-nies kienu josservaw it-tradizzjonijiet reliġjużi ħafna aktar mil-lum u ma kienu jmissu l-ebda biċċa ħelu ma’ ħalqhom. wisq aktar laħam.

Din is-sena hawn stennija għal wieħed mill-aqwa karnivali li qatt ġie ċċelebrat fil-kapitali. Dan se jkun ukoll parti integrali miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena, li fiha l-Belt Valletta hija l-kapitali Ewropea.

Ġmiel ta’ Scarfs b’temi Maltin

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali deheru jiċċirkolaw scarfs b’temi differenti; temi Maltin. L-artista tagħhom hija Julianne Marie Brincat.
                                                                  
ONE News tkellem ma’ Brincat fejn saħqet li l-arti fejn toħloq disinni kif ukoll il-pittura, jagħtu ħajja lill-iscarf bl-iskop li jsiru parti mill-individwu li jilbishom. Fil-ħsieb tagħha hemm l-idea, li l-individwu jilbes bicca arti għax hu magħmul minn bicca (jiġifieri drapp) fejn tkun trazmetta wkoll il-burdata, kultura u l-ħsibijiet permezz tagħha.

Aqra aktar

Il-baqra tinbiegħ kollha, jgħid il-Malti

L-arti tista’ tiġi espressa f’diversi modi u stili differenti dejjem skond kif jgħogbu l-artist. Dan kapaċi wkoll jirrifletti l-ġewwieni emozzjonali tiegħu jew tagħha.

Għad hawn ħafna nies li jippreferu stil barokk fl-arti; kemm fl-iskultura u anke fil-pittura. Imma din li qed naraw, hija l-arti moderna li tinzel tajjeb ukoll ma’ bosta u ta’ min wieħed jammiraha u japprezza.

Hemm min iħobb kull stil u għalhekk, kif jgħid il-Malti: il-baqra tinbiegħ kollha.

Min jidħol fil-kapitali, jista’ jara mill-viċin din l-arti sabiħa fosthom fi Pjazza Kastilja.

Aqra aktar

L-aħħar ċans biex tixtri biljetti għall-kunċert The Other Europeans – Valletta 2018

The Other Europeans, kunċert organizzat minn Valletta 2018 li jinkudi 14-il mużiċist Yiddish klezmer u Roma lautari, se jsir nhar is-Sibt 3 ta’ Frar fl-Awditorju ta’ Sant’Agata, ir-Rabat fis-7.30pm.

Solisti distinti minn seba’ pajjiżi bl-isem ta’ The Other Europeans li anke saħansitra ngħataw il-premju Best Practices in Favour of the Roma Community mill-Kummissjoni Ewropea; grupp li jfittex li jibni rapporti kulturali ġodda, prinċipalment bejn żewġ popli li spiss jitqiesu Ewropej b’mod mariġnali biss, iżda li madankollu kellhom rwol ewlieni fil-ħolqien u fix-xandir tat-tradizzjonijiet mużikali Ewropej. The Other Europeans se tinkludi wkoll lil The Hot Club of Valletta, immexxija minn George Curmi l-Puse.

Imfassla u ggwidata minn Alan Bern u ffinanzjata b’għotja mill-Unjoni Ewropea, din il-prestazzjoni tippreżenta super grupp li joħloq mużika qawwija li tmiss l-emozzjonijiet mill-qiegħ. Il-ħoss tagħhom huwa ħoss kollettiv li jirreżona koperazzjoni antika sekli bejn żewġ gruppi li kienu jgħixu fl-istess spazju tal-Moldova ta’ żmienna qabel ma nfirdu kaġun tal-gwerra, tal-olokawstu u tal-immigrazzjoni.

Biljetti ta’ €5 jistgħu jinxtraw minn tickets.valletta2018.org/

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti,

infittex kollox baħħ,

Il-qalb xiħa w għajjiena

Ma tafx tgħid ħlief “aħħ”.

Li ħlomt kien kollu ħolma,

Li għext kien ħajja biss.

Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,

Il-qamar kont immiss.

Issa qasira l-ħajja,

U l-ħolm duħħan itir……..

 

Kos hux, iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Fil-mument ma nirrealizzawx għax nirsistu għall-aħjar, kultant bi sfida ma’ xulxin u f’tellieqa waħda qisu qatt mhu se mmutu. U mn’alla nħarsu ‘l quddiem għax kieku wieħed joqgħod jaħseb, tispiċċa titlef il-konċentrazzjoni tal-ħajja. Jibqgu biss il-memorji, il-kitbiet bħal din il-poeżija ta’ Rużar Briffa, il-plakek mal-ħitan u monumenti u niċeċ bħal din li tidher fir-ritratt.

Din in-niċċa ħelwa bi plakka għall-iskrizzjoni taħtha, tinsab wara t-Torri Cumbo, fi Triq it-Torri kantuniera ma’ Triq id-Durumblat fil-Mosta. ir-ritratt huwa ta’ Mark Anthony Bugeja.

Imniedi l-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ

Jitniehda l-festival L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ. Dan ġara llum fil-Palazz tal-verdala fil-Buskett. L-iskop tal-festival hu li jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Il-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta’ 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra f’dan il-fesitval, liema festival se jilqa’ wkoll kantanti mistednin barranin. Dan intqal mic-chairpwerson tal-festival Carmelo Schembri u mill-kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu.

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel. Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt . Għar-repreżentazzjoni ta’ filgħodu, il-booking isir mill-Kulleġġ San Benedittu, tel: 25984400  jew e-mail:  [email protected].mt.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ qed jissapportjaw dan il-festival. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.

 

Send this to a friend