Kultura | One News - Part 34

Notifiki

Poeżiji Maltin tradotti f’films għall-ewwel darba

Ir-reġistrazzjoni għas-seminar organizzat b’rabta mal-proġett Poetry on Film mill-Fondazzjoni Valletta 2018 Foundation u Inzjamed issa miftuħ. Il-proġett jaqbad poeżiji ta’ poeti Maltin u jittraduċihom f’films li jidhru għall-ewwel darba waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Is-seminar li se jittella’ ġewwa Studio Solipsis, ir-Rabat, nhar l-24 ta’ Marzu mit-9am sa 12pm, jintroduċi diretturi u artisti mill-qasam tal-film għall-poeżiji ta’ din is-sena. Is-seminar jibda b’introduzzjoni għall-Festival minn Dr Adrian Grima u wara jkun hemm qari mill-qrib tal-poeżiji minn Dr Immanuel Mifsud segwit minn diskussjoni. Matul is-seminar jintwerew ukoll films tal-poeżija lokali u barranin, fosthom il-films li nħadmu s-sena li għaddiet minn Nicky Aqulina/Lyanne Mifsud u Trevor Borg li se jkunu preżenti u jitkellmu dwar il-films ukoll. Il-parteċipazzjoni hi bla ħlas u b’reġistrazzoni hawnhekk sat-23 ta’ Marzu.

Aqra aktar

Iż-Żejtun Barokk – mixja kulturali minn Wirt iż-Żejtun

Nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu, festa pubblika, Wirt iż-Żejtun ser torganizza mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun, bit-tema – Iż-Żejtun Barrokk.

Din il-mixja ser tibda minn Misraħ Carlo Diacono fid-9:30 ta’ filgħodu fejn matula ser naraw kif żviluppa ċentru taż-Żejtun matul is-seklu 18. Bħala parti mill-mixja se nkunu wkoll qed inżuru il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina.

Għal aktar informazzjoni u booking idħol https://wirtizzejtun.com/2018/03/09/events-iz-zejtun-barokk/

Għawdex imżejjen anke għall-Għid il-Kbir

Jekk tlajtu Għawdex f’dawn il-jiem żgur li nnutajtu numru ta’ roundabouts imzejnin għall-Għid il-kbir b’simboli marbuta ma’ dawn iż-żminijiet.

Attrazzjoni bi ħsieb ta’ riflessjoni kif ukoll awgurju għall-akbar festa kattolika, li verament jiġbdu l-attenzjoni u fl-aħħar mill-aħħar ifakkru wkoll karatteristika Għawdxija; dik reliġjuża u tradizzjonali.

Dan ix-xogħol sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Lignum Crucis – L-Għuda tas-Salib mis-Soċjetà Filarmonika Leone

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bħal kull sena, qed ittella’ serata ta’ mużika u riflessjonijiet ftit qabel il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-serata se tkun qed tiffoka fuq l-għuda tas-Salib ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, b’hekk l-isem Lignum Crucis. Din it-tema ġiet ispirata mir-relikwa tas-salib, meqjuma fil-Katidral t’Għawdex; fl-istess post fejn se tittella’ din is-serata.

Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard, se tkun qed ittella’ programm mużikali magħmul minn siltiet varji tal-aktar kompożituri rinomati. Dan se jkun amalgamat ma’ riflessjonijiet rigward is-Salib li fuqu Kristu ta’ ħajtu, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa. Diversi elementi oħrajn se jkunu nkorporati f’din is-serata spiritwali.

Din is-serata se tittella’ nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018, fit-8PM (lejliet festa pubblika). Id-dħul ikun b’xejn, fejn riservazzjoni ta’ siġġijiet jistgħu isiru fuq [email protected], 99130694 jew 79001989.

Yeshua Minaż’rat – Il-Passjoni f’Xelter f’Ħal Qormi

Yeshua Minaż’rat li bil-Malti tfisser Ġesù ta’ Nazaret hija walkthrough li se tistiednek tinżel f’dan ix-xelter li jinsab fit-Triq tal-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Walkthrough; fejn l-istorja qed titlaq minn post għall-ieħor u filwaqt li li qed timxi f’dan il-post mal-atturi stess, l-istorja tal-passjoni tkompli tiżviluppa.

Aqra aktar

Passio Christi-CD ġdida ta’ marċi funebri

Passio Christi hija CD ġdida ta’ marċi funebri kompożizzjoni ta’ Mro. Saviour Seychell li ġiet imnedija fit-18 ta’ Frar 2018 fil-Każin tal-Banda Beland taż-Żejtun. Fiha nsibu sett ta’ għaxar marċi li disgħa minnhom huma ġodda u qatt ma ġew irrekordjati. Għalkemm dawn il-marċi huma tal-istess kompożitur, kollha huma varjati u kull marċ għandu l-istil tiegħu.

Aqra aktar

Ara: Credo mit-Tarxien Pageant Group bi tmenin attur

Tarxien Pageant Group ser ikun qiegħed jerġa’ jtella’ pageant tal-Passjoni f’għeluq il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu.

Din is-sena id-dramm, CREDO ser ikun qiegħed jittghella Live bi ‘l fuq minn 80 attur.

Id-dramm se jiffoka u jesplora aktar il-weġgħat ta’ Pietru u d-dixxipli ħutu waqt il-passjoni tal-imgħallem filwaqt li jirrakonta kollox fi tmiem ta’ ħajtu stess.

Dan huwa dramm tal-passjoni tradizzjonali fuq żewġ atti b’messaġġ qawwi u profond.

Ġuda ta’ Kedron f’Bormla

Għad-disa’ sena konsekkuttiva, iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, Bormla se jtella’ d-dramm tal-Passjoni, Ġuda ta’ Kedron. Kif jixhed it-titlu tad-dramm, il-ġrajja ddur mal-persuna ta’ Ġuda, bin Xmun l-Iskarjota.

Ġuda f’kunflitt dirett għall-ħelsien ta’ artu mill-Ħakma tar-Rumani; Ġuda li ġie mqarraq minn dawk ta’ madwaru, saħansitra anki minn dawk li kienu tant qrib tiegħu. Min-naħa l-oħra, Kristu li ġie fid-dinja biex jeqred il-ħażen li spiċċa ħallas għalih b’ħajtu. Qatt daqs f’din il-ġrajja l-imħabba u l-mibegħda ma kienu daqshekk viċin. Kif qatt ma kienu daqstant viċin it-telfien u l-qawmien.

Id-dramm ser isir is-Sibt 17 ta’ Marzu fis-7.30pm u l-Ħadd 18 ta’ Marzu fis-6.30pm fis-Sala tal-Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Għall-bookings intom mitlub li ċċemplu fuq 79308900, 99120205 jew 79066304. Id-dħul se jkun b’donazzjoni ta’ Eur7.

Attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Għawdex

Matul ix-xahar ta’ Marzu l-Għaqda Dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Għawdex se jkunu qed itellgħu numru ta’ attivitajiet f’Għawdex b’rabta mal-Ġimgħa l-Kbira.

Fost dawn l-attivitiej se jkunu qed jorganizzaw attività mingħajr ħlas bl-isem ta’ “Tenebrae- Reviving Easter Traditions” li ser tittella’ fiċ-Ċittadella f’Għawdex fit-28 ta’ Marzu 2018 fis-7.30p.m. Din ser tkun tikkonsisti f’funzjoni tradizzjonali bl-isem “Tniebri – Lejla fid-Dlam” li kienet issir nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa ssegwi b’purċissjoni tradizzjonali kif kien fl-antik.
Aqra aktar

Send this to a friend