Kultura | One News - Part 32

Notifiki

“Aħna li konna miegħu” – Musical bl-esperjenza ta’ dawk li raw il-passjoni ta’ Ġesu

Ilkoll nafu kif kienet il-passjoni ta’ Ġesù, imma kif għexu dawk il-mumenti nies bħall-Madonna, Pilatu, San Ġwann, u s-suldat li sawtu?

Fil-musical ‘Aħna li konna miegħu’ imtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani, dawn il-karattri u oħrajn jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ta’ Ġesù: kif  għexu l-passjoni, u kif iben Alla bidlilhom ħajjithom.

Aqra aktar

Dramm fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Ħamrun

Għall-ħames sena konsekuttiva, il-Propera Avegesco Drama Group Ħamrun bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħamrun ser tkun qed ittella’ dramm ieħor fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa fuq iz-zuntier tal-Parroċċa San Gejtanu. Dan ser jsir nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu, fit-8.30pm ezatt wara l-quddiesa tat-7.45pm.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jagħmlu statwa bl-idejn u joħorġuha f’purċissjoni

llum 20 ta’ Marzu 2018 saret inawgurazzjoni ta’ statwa ġdida tad-Duluri fuq stil Spanjol fejn anke saret il-purċissjoni tradizzjonali.

l-Arċisqo Emeritus Pawlu Cremona għamel diskors ħelu mat-tfal permezz ta’ stejjer b’tagħlima.

Din saret minn membri tal-istaff tal-iskola Stella Maris College u x-xoghol sar kollu bl-idejn.

Il-purċissjoni bil marci funebri u innijiet saret mill-iskola sal-knisja tas-Sacro Cuor.

Ix-xogħol sar kollu bl-idejn u l-iskop kien li t-tfal minn ċkunithom isiru jafu t-tradizzjonijiet Maltin anke jekk imħallta ma’ dawk barranin. Huwa fatt magħruf li l-aktar pajjiżi li fihom il-Ġimgħa l-Kbira hija ċċelebrata fuq livell għoli, huma Malta u Spanja.

Crocefisso fil-Gudja

Għar-raba’ sena konsekuttiva qiegħda tittellgħa l-wirja Crocefisso fil-Gudja. B’differenza minn diversi wirjiet li naraw matul dawn iż-żminijiet tar-Randan, din il-wirja tiffoka fuq il-kurċifiss, kif jindika l-isem ta’ din l-istess wirja.

Aqra aktar

It-12-il International Spring Orchestra Festival

Għat-tnax-il edizzjoni tiegħu, l-International Spring Orchestra Festival ingħaqad flimkien ma’ Festivals Malta u mal-Fondazzjoni Valletta 2018.  L-ISO Festival, imsemmi u rinomat f’diversi oqsma, ser jibda fis-6 ta’ April 2018 permezz tat-tnedija ta’ disat ijiem bi prestazzjonijiet ta’ kwalità għolja tal- mużika klassika li jinkludu artisti ewlenin internazzjonali u Maltin.

Din is-sena ser ikun hemm ismijiet ta’ fama mondjali bħall-pjanist Spanjol Bask Joaquín Achúcarro, u l-kantanti tal-opra Mariinsky u ta’ San Pietruburgu Yuri Vlasov u Larisa Paminova, u l-konduttur Brian Schembri.  Artisti magħrufa oħra jinkludu l-pjanisti Franċiżi Roland Conil u Véronique Muzy, il-vjolinist Ġermaniż Hans-Peter Hoffman, il-kompożitur Taljan Dimistri Scarlato, l-Ungeriżi Somogyi String Quartet, il-European Union Chamber Orchestra, l-Aquilon Trio u t-Tyresias Ensemble minn Londra, u l-Baltic Neopolis Virtuosi mill-Polonja.  B’kollox ser isiru disa’ kunċerti fit-Teatru Manoel, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Pjazza Teatru Rjal, u fis-Soċjetà Maltija tal-Arti (Palazzo De La Salle) – bil-parteċipazzjoni ta’ solisti, ensembles, u orkestri, li ser ikunu qed jinterpretaw firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet minn Beethoven u r-Romantiċi,  sa Bartok, Stravinsky u mużika kontemporanja.

Aqra aktar

Esperjenza l-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żurrieq

Matul dawn l-aħħar snin, iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa qed ikun iċċelebrat b’mod speċjali mis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

L-attivitajiet għaż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira organizzati mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. A.D. 1864 se jiftħu nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018 permezz ta’ Kunċert ta’ Mużika Sagra li se jkun organizzat flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa Santa KatarinaV.M. fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Bubaqra, iż-Żurrieq.

Tieħu sehem il-Banda Santa Katarina V.M. taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech u l-kor Cappella Musicale
Caeciliana dirett minn Rev. Mro. Abraham D’Amato S.TH.L.

In-narratriċi se tkun Catherine Portelli filwaqt li l-preżentatriċi se tkun Anna Maria Gatt.

Aqra aktar

Id-Duluri tal-Mosta nbidlet fl-1918

L-ewwel purċissjoni fil-Mosta ħarġet fl-1866, jiġifieri ftit snin wara li tlesta l-bini tal-Knisja.

Kien ċertu Girgor, sagristan tal-Mosta li ħabrek biex isiru l-vari. Sal-1866 il-Mosta kellha żewġ vari: dik tal-Ort u l-marbut. Il-Monument sar fl-1924.

Is-sett tal-Mosta huwa uniku għaliex 9 minn 6 vari kienu saru mill-istess artist, jiġifieri Karlu Darmanin. Id-Duluri kienet inbidlet fl-1918 minħabba li kienet tinħass żgħira mal-kumplament tas-sett.

 

Send this to a friend