Kultura | One News - Part 31

Notifiki

Kont taf li Bieb il-Bombi…

Porte des Bombes bil-Malti magħruf bħala Bieb il-Bombi, oriġinarjament kien imsejjaħ Porta dei Cannoni.

Dan huwa bieb ornamentali fil-Foriana, f’forma ta’ żewġ arkati.

Oriġinarjament inbena fl-1721 bħala bieb qabel il-linji difensivi tal-Floriana, li mbagħad kien imkabbar bil-bini tat-tieni  fl-1868.

Ritratt: Bieb il-Bombi qabel u llum

Maż-żmien ġew imwaqqa l-ġnub tal-bieb, u tħallew iż-żewġ arkati li naraw illum bħala ark trijonfali; l-iskop għaliex sar kien biex ifakkar rebħiet tal-kavallieri.

Punt interessanti huma l-bombi li nsibu fit-truf li ftit forsi jindunaw bihom; propju minħabba fihom sal-lum għadu magħruf bħala Bieb il-Bombi.

Għada l-Erbgħa tat-Tniebri – xi jfisser?

Għada huwa l-Erbgħa tat-Tniebri. Illum il-gurnata kważi qajla nafu biha ħlief dawk li għandhom għal qalbhom dawn iż-żminijiet. Kien iż-żmien li fih il-Knisja Kattolika kienet tidħol fil-perjodu tad-dlam għaliex tfakkar meta Ġesù Kristu kien beda jipprepara għal dak li kellu jgħaddi minnu.

Aqra aktar

It-tieni ċans – dramm soċjali f’April li ġej

It-tieni ċans huwa dramm soċjali fejn l-istorja ddur mal-familja Demanuele. Din il-familja tikkonsisti f’erba’ persuni li huma Martin il-missier u Maġistrat, l-omm Marisa u ż-żewġt itfal tagħhom Rosette u Jean.

Fil-bidu tad-dramm naraw lil Martin jiċċelebra mal-familja, l-irtirar tiegħu mix-xogħol ta’ maġistrat. Pero fl-aħħar jum ta’ hidmietu, jitfaċċa quddiemu każ interessanti ħafna.

Aqra aktar

Vexilla Regis fil-Kazin Duke of Connaught’s Own fi Triq il-Wied f’Birkirkara

Din il-wirja qed tittella’ mis-Socjeta’ Duke of Connaught’s Own bl-ghajnuna tal-Kummissjoni TEAK (Talent, Elenjan, Arti u Kultura) għall-għoxrin sena konsekuttiva  fil-każin.

F’din il-wirja sejrin nkunu nistgħu nammiraw mejda ta’ l-appostli fejn wieħed jista jammira diversi platti u kwadri maħduma bis-smid, ross u għagin ikkulurit; sett statwi tal-appostli; Ċenaklu Lhudi b’personaġġi ‘life size’; l-arka tal-patt armata fuq stil Lhudi; settijiet ta’ vari, kurcifissi u oġġetti sagri oħra.

Għas-sbatax-il sena konsekuttiva f’din il-wirja se nkunu nistgħu nammiraw kwadru kbir b’qies ta’ 12-il pied bi 8 piedi maħdum kollu bis-smid ikkulurit u juri xena meħuda mill-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Il-wirja tibqa miftuħa sa Sibt il-Għid 31 ta’ Marzu.

Of Land and sea fil-Ministeru għal Għawdex

OF LAND AND SEA huwa it titlu ta’ kollezzjoni ta kwadri artistiċi li ser tkun għall-wiri fil-Ministeru għal Għawdex bejn il 5 t’April u 22 t’April 2018.

L-artisti Antonio Mifsud, Christoper Saliba u Kevin Sciberras iltaqgħu biex ħolqu kwadri li jirriflettu l-ambjent, l-art u l-baħar tal-gżejjer Matin. Kollha ħadmu bl-idjoma u mill-perspettiva artistika tagħhom biex qed joffru tlett stili kontemporanji differenti, fl-istess ħin kumplimentari.

Il-ftuħ uffiċjali ser isir nhar is-sibt 7 t’April 2018 mill-Onorevoli Ministru għal Għawdex Dr. Justyne Caruana fis-7.30 pm.

Fil-bidu kien il-verb – mill-Imtarfa Drama Group

Għad-disa’ sena konsekuttiva, Mtarfa Drama Group bi pjaċir tippreżenta “Fil-Bidu Kien Il-Verb. Dramm oriġinali b’differenza għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, kitba ta’ Charmaine Micallef taħt id-direzzjoni ta’ John Micallef, f’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Imtarfa.

Aqra aktar

Żgur li se xxomm minn din il-ġimgħa d-dieħla

Jekk inti se żżur il-knejjes u jista’ jkun ukoll xi wirjiet f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa speċjalment matul il-ġimgħa d-dieħla, hija komuni r-riħa speċjali li se xxomm ta’ dik li hija magħrufa bħala l-borma.

Il-borma hija literralment borma ġenerlament tkun taċ-ċaqquf u li tkun imħawwra b’diversi ħwawar li meta jitħaltu flimkien joħolqu riħa partikolari.

L-ingredjenti huma dawn:

-imsiemer tal-qronfol, larinġ, balzmu, essenza tal-fwieħa, tuffieħ, lumi, inbid qadim u ħwawar partikolari li hemm minnhom li jkunu wkoll aromatiċi. L-imsiemer tal-qronfol jitwaħħal mat-tuffieħ maqsum min-nofs.

L-ingredjenti jvarjaw saħansitra minn raħal għall-ieħor u ssib nies li jgħidulek li għandhom riċetta tagħhom sigrieta.

 

“Aħna li konna miegħu” – Musical bl-esperjenza ta’ dawk li raw il-passjoni ta’ Ġesu

Ilkoll nafu kif kienet il-passjoni ta’ Ġesù, imma kif għexu dawk il-mumenti nies bħall-Madonna, Pilatu, San Ġwann, u s-suldat li sawtu?

Fil-musical ‘Aħna li konna miegħu’ imtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani, dawn il-karattri u oħrajn jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ta’ Ġesù: kif  għexu l-passjoni, u kif iben Alla bidlilhom ħajjithom.

Aqra aktar

Send this to a friend