Kultura | One News - Part 30

Notifiki

Għamluhielek il-quċċija?

Waħda mill-ħafna tradizzjonijiet Maltin interessanti u li għadha popolari sal-lum hija magħrufa bħala l-quċċija.

Din it-tradizzjoni bdiet tiġi pprattikata f’Malta mis-seklu 18, u tista’ tgħid li baqgħet popolari sal-lum il-ġurnata. L-idea wara din it-tradizzjoni hija li tipprevedi l-karriera jew l-istil ta’ ħajja futura ta’ tarbija. Ovvjament dan dejjem fuq kumbinazzjonijiet għaliex dak li hemm miktub għalina, ma jafu ħadd mhux hekk?

Aqra aktar

Ara tagħrafx lil xi ħadd – x’aktarx kien waqt funeral

Ġmiel ta’ ritratti antiki spiss qed ikunu jiċċirkolaw fuq facebook li mhux bilfors juru xeni imma juru anke nies li llum il-ġurnata ħallewna.

Dawn ukoll nistgħu nsejħulhom ġmiel ta’ ritratti għal bosta raġunijiet. Wara kollox huwa ġmiel li terġa tara membri tal-familja mill-passat li llum m’għadhomx magħna.

Aqra aktar

Fjuri madwar il-wiċċ ta’ Kristu fl-Imsida

Għadd ta’ fjuri kkuluriti magħmulin mill-karti tpoġġew b’tali mod li ġie ffurmat disinn sabiħ madwar wiċċ ta’ Kristu Redentur.

Din l-opra artistika saret fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Din saret mill-Kummissjoni Armar u Proġetti fi ħdan l-Għaqda Melita, Banda San Ġużepp. Id-disinn juri l-bust tal-Ecce Homo.

Mir-Renju Unit b’kunċert fix-Xagħra Għawdex

Il- “Mount St Mary’s College & Barlborough Hall School Choir” mir-Renju Unit ser  jieħu sehem f’Kunċert tal-Għid fil-Bażilika tan-Nattivita tal-Bambina f’Xagħra Għawdex nhar il-Ġimgħa 6 ta’ April 2018 fis-7.30pm.

Il-kor huwa taħt id-direzzjoni mużikali tas-Sinjura Lucy Kitchener, u jikkonsisti minn studenti ta’ bejn it-8 u t-18-il sena. Dan il-kunċert qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kapitlu Bażilika tax-Xagħra, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra u l-Fondazzjoni JP2.

Barra minn hekk, il-Kor imsemmi ser janima quddiesa mmexxija mill-Arċisqof ta ‘Malta Mons. Charles J. Scicluna nhar il-Ħadd 8 ta’ April 2018 f’okkażjoni tal-Festa Liturġika tal-Ħniena Divina fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina, Malta fid-9.00am. Il-Pubbliku Ġenerali huwa mistieden jattendi.

L-Erbgħa tat-Tniebri f’Ħaż-Żabbar

Illejla, avveniment kbir mistenna: L-Erbgħa tat-Tniebri f’ Ħaż-Żabbar.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jattendi għal din l-attivita mhux tas-soltu bejn is-7:00pm u l-10:00pm, bis-sehem tal-Banda San Mikiel u aktar minn 200 parteċipant.

Ara u Isma’: Iċ-ċuqlajta – tinstema’ f’Ħamis ix-Xirka

Min jaf kemm hawn min iħobbha u min forsi le għaliex tqabbdu d-dieqa. U propju dak huwa l-iskop tagħha; li tfakkar fid-dieqa li ħass Ġesù Kristu.

Xogħolha huwa l-kontra tal-qniepen; il-qniepen ifakkru l-ferħ u ċ-ċuqlajta tfakkar in-niket li għadda minnu Ġesù Kristu…Kien eżatt waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar.

Eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’ tindaqq waqt il-Ġimgħa l-Kbira u anke f’Sibt il-Għid sakemm jindaqqu l-qniepen fil-glorja għall-ħabta tat-8.00pm.

Għadek issib iċ-ċuqlajta fiż-Żejtun (li qed tidher fil-filmat), fil-Mosta, fin-Naxxar u fi ftit irħula oħra. Sfortunatament hemm parroċċi li m’għadhomx jużawha.

Send this to a friend