Kultura – Page 3 – One News

Notifiki

Logħba bejn il-verità u l-miti

Ix-xahar ta’ Novembru dejjem jibda b’nota ta’ tkexkix hekk kif ifakkarna fil-mewt u fil-mejtin. Għalkemm maħbuba u rispettati, il-mejtin huma mistennija li jistrieħu fis-sliem biex iħallu lill-ħajjin ikomplu b’ħajjithom. Bosta jaħsbu li ċ-ċimiterji huma bliet tal-mejtin, iżda fir-realtà, dawn iservu biex iserrħu lill-ħajjin. Nhar il-Ġimgħa fl-għaxija, 1 ta’ Novembru, meta l-lejl ikun sieket u l-qamar ikun qed jokrob fid-dlam, Heritage Malta qiegħda tistieden lill-pubbliku biex jesperjenza vjaġġ stramb ta’ ritwali qodma, rivelazzjonijiet intriganti dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u lejl mhux tas-soltu fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu. Aqra aktar

Għawdex ser jara r-ritorn tal-Auror Folk Festival

Bħala parti mill-festa ta SantUrsola V.M., Patruna tGħawdex, is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tal-Belt Victoria, flimkien mal-Parroċċa tal-Katidral, organizzat weekend  
tattivitajiet folkloristici u tradizzjonali fi Pjazza Katidral fic-Cittadella.

Aqra aktar

Seminar tal-presepji fix-Xagħra

Hekk kif ninsabu ftit ġimgħat il-bogħod mill-festi tal-Milied, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepji Għawdex – Malta u l-Għaqda tal-Milied fix-Xagħra ser jorganizzaw seminar tal-presepji fix-Xagħra Għawdex.

Dan is-seminar ser jibda b’quddiesa u lecture mill-artist Għawdxi Victor Agius u wara ssegwi dimostrazzjoni ta’ kif tagħmel presepju mill-presepistà Malti Benny Camilleri.

Segwi l-programm:

 

 

 

Għall-Glorja tal-Patrija!

Għall-Glorja tal-Patrija! hija ġabra ta’ 20 ħrafa ta’ Aleks Farrugia li jistħarrġu l-identita’ Maltija billi jgħaddu minn perjodu storiku għall-ieħor u jlaqqgħuna ma’ dawk li sawru l-Istorja – il-Maltin, jew aħjar dawk li ħajjithom twaħħdet mal-ħajja fuq dawn il-gżejjer, għat-tajjeb jew il-ħażin. Anke jekk it-tajjeb u l-ħażin huma bosta drabi relattivi ħafna. Xi minn daqqiet umoristiċi, drabi oħra traġiċi – kultant it-taħlita tat-tnejn hija brutali – dawn ir-rakkonti jħalltu doża ta’ ironija taqta’ flimkien mal-empatija u l-imħabba lejn karattri ta’ nies żgħar, dawk li għexu fil-periferija tal-Istorja. Aqra aktar

Tnedija tad-disa’ edizzjoni ta’ ŻiguŻajg: il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ

Tnediet uffiċjalment id-disa’ edizzjoni ta’ ŻiguŻajg: il-Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Dan il-festival popolari huwa organizzat minn Spazju Kreattiv, li jaqa’ fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali u għandu programm imżewwaq ta’ 21 produzzjoni minn 11-il pajjiż differenti. Aqra aktar

Send this to a friend