Kultura | One News - Part 27

Notifiki

Jitħabbru d-dettalji ta ‘ [email protected]Żabbar għad-dell tal-Umbrellel ikkuluriti

 

Eluf ta persuni mistennija jattendu għall-dak li qed jiġi meqjus bħala wieħed mill-akbar avvenimenti ta din is-sena. [email protected] se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-pjazzez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar u jinkludi kunċert ta mużika Maltija minn Corazon, kunċert minn Ira Losco u l-band tagħha, wirja unika awdjoviżiva mall-faċċata tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, kunċert mill Versatile brass band u logħob tan-nar tal-art.

Aqra aktar

Ktieb ġdid u verżjoni awdjo minn Heritage Malta

 

Il-Misteru ta’ taħt is-Siġra tal-Ħarrub huwa ktieb ġdid imniedi minn Heritage Malta. Dan il-ktieb għandu jissodisfa lill-qarrejja li jħobbu l-avventura u l-għarfien arkeoloġiku. Tnedija oħra kienet il-verżjoni awdjo tal-ktieb ippubblikat riċentament, Valletta – my city, my story.

Aqra aktar

ARA: Ma naqblux fiż-żifna imma naqblu fil-lingwa – Malta u l-Lebanon

Żewġ pajjiżi li ġeografikament jinsabu fil-Mediterran; Malta u l-Lebanon. It-tnejn li huma kellhom influwenzi puniċi imma ż-żmien ibiddel u jaġġorna.

Nistgħu ngħidu li Malta ħadet aktar xejra Ewropeja minħabba influwenzi minn pajjiżi viċin iżjed tagħna u anke li ħakmuna fosthom tal-aħħar, ikunu l-Ingliżi.

Iżda ħafna kliem fil-lingwa Lebaniża jixbaħ ħafna lil dak Malti. Jekk tasal sal-Lebanon u titkellem bil-Malti, kapaċi jifhmuk perfettament.

Il-Lebaniżi huma wkoll magħrufa għall-uċuħ sbieħ minħabba l-ġilda ftit skura b’tendenzi ta’ għajnejn b’ lewn aħdar.

Avventura differenti maż-żgħażagħ Ġawhrin f’San Pawl il-Baħar

B’ tama ta’ suċċess ieħor, wara sensiela ta’ edizzjonijiet fil-passat li kienu lkoll ta’ suċċess, il-Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin qiegħed għal darb’ oħra jorganizza it-“Treasure hunt”.

Din is-sena tistgħu tkunu parti minnha intom ilkoll billi tgħaqdu grupp ta 3 jew 4 membri, taħsbu b’ liema vettura ser idduru u tippreparaw ruħkom għall-avventura specjali!

Aqra aktar

ARA: Waslet il-festa ta’ San Pawl fil-Munxar Għawdex

Nhar is-sibt li ġej 26 ta’ Mejju 2018 se jsir spettaklu ta’ nar sinkronizzat fil-Munxar Għawdex.

Din l-attività tagħti bidu għall-festi f’ġieħ l-Appostlu San Pawl u qed tiġi organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Pawlini tal-Munxar.

Jisimha Light up the sky u tibda f’nofs il-lejl.

Send this to a friend