Kultura | One News - Part 18

Notifiki

Il-Banda San Mikiel f’Monte Sant’Angelo, fl-Italja

Bosta baned Maltin dan l-aħħar kellhom l-opportunità li jdoqqu barra l-pajjiż. L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 din is-sena qed timmarka l-ħdax-il safra li din il-Banda Żabbarija għamlet barra l-pajjiż. Wara li s-sena l-oħra l-Banda San Mikiel għamlet programm f’Valenzja fi Spanja, din is-sena l-Banda San Mikiel, f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif tagħha bħala s-Societa’ Filarmonica del Zabbar, ġiet mistiedna biex iddoqq fil-festi kbar li jsiru ad unur l-Arkanġlu San Mikiel ġewwa Monte Sant’Angelo, Foggia fl-Italja.

Aqra aktar

Qatel lill-maħbuba sigrieta u ż-żewġ gwardjani biex ma jinkixifx f’Sant’Anġlu…

Nhar il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru, Heritage Malta se tiftaħ il-bibien ta’ Forti Sant’Anġlu hekk kif jidħol il-lejl. Żewġ żjajjar animati, ibbażati fuq ġrajjiet ta’ misteru u atti soprnaturali relatati ma’ dan il-forti storiku, se jakkumpanjaw lill-viżitaturi fuq vjaġġ waħxi li se jiżvela l-istorja mqanqla ta’ dan is-sit.
Aqra aktar

Imħabbar wieħed mill-akbar proġetti ta’ Valletta 2018, Orfeo & Majnun.

Fl-aħħar Sibt ta’ Ottubru madwar 4,000 ruħ se joħonqu t-toroq tal-Belt għall-isfilata fil-Kapitali li mistennija tkun l-akbar sfilata li qatt rat il-Belt Kapitali Valletta.

Dan l-ispettaklu se jinkludi madwar 3,000 pupazz f’forom ta’ annimali differenti, 18-il banda lokali, 360 żeffien u mijiet ta’ persuni minn diversi bliet u rħula Maltin.Aqra aktar

Kunċett u Marinton se jagħmlu praspura oħra fuq il-palk!

Il-famużi Kunċett u Marinton se jirritornaw fuq il-palk fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-praspar ta’ dawn iż-żewġ nisa inkitbu minn Trevor Żahra meta kellu biss 15-il sena. Bdew bħala stejjer fir-rivista is-Sagħtar, imbagħad inġabru fi ktejjeb. Żahra iżda, kompla iżid il-kapitli fis-snin ta’ wara u llum wieħed għadu jista’ jixtri dan il-ktieb li jiġbor fih 24 praspura. Issa, ‘Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton’ se joħorġu mill-qxur tal-ktieb u jidħlu f’teatru taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said. Aqra aktar

Se nerġgħu niltaqgħu ma’ Francis Ebejer!

Din is-sena qed infakkru l-25 sena mill-mewt tad-drammaturgu Francis Ebejer, il-bniedem li grazzi għalih, l-udjenzi Maltin tgħallmu lezzjonijiet siewja mill-hekk imsejjaħ Teatru tal-Assurd.

Minħabba l-assurdità  tad-drammi ta’ Ebejer, għexieren ta’ diretturi kemm-il darba taw togħma differenti għall-istejjer tiegħu. Din id-darba, id-direttur żagħżugħ Clive Piscopo, se jwaħħad erba’ drammi li nkitbu mid-drammaturgu fl-1985. Drammi li forsi l-udjenza Maltija mhux familjari magħhom…

Wirja Fotografika: 100 Ikona- Il-Fidi f’Triqat iż-Żejtun

It-Taqsima tal-Kultura u t-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għar-reba’ sena konsekuttiva se ttella’ wirja dwar il-wirt Żejtuni. Din il-wirja fotografika 100 IKONA b’fotografija ta’ Angelo Caruana u Glen Chircop se tkun qed tiġi mtella’ bejn illum il-Ġimgħa 28 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru, 2018 fiċ-Ċentru Arti u Artiġjanat, Triq San Girgor, iż-Żejtun. Il-ftuħ uffiċjali se jsir illum il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fis-7.00 p.m. Il-pubbliku hu mistieden jattendi. Il-wirja se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun.

Aqra aktar

Send this to a friend