Kultura | One News - Part 16

Notifiki

Wirja ta’ Santi Belli fil-Marsa

Is-Sotto Kumitat għall-Kultura ‘Excelsior’ fi ħdan is-Soċjetà tal-Mużika Trinità Qaddisa tal-Marsa għal darb’oħra qed jorganizza wirja unika, fejn din id-darba l-esebizzjoni tiġbor flimkien għadd sabiħ ta’ ‘Santi Belli` uniċi.

Aqra aktar

ARA: x’jiġri meta l-bniedem imur kontra Alla?

‘Id-Driegħ t’Alla’ huwa dramm fi tliet atti li l-Kumpanija Teatrali Anici se ttella’ fis-Sala Dun Edgar tal-Imġarr, nhar is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11 ta’ Novembru 2018.

Dan huwa dramm qawwi ħafna li jurina x’jiġri meta l-bniedem joħodha kontra l-volontà t’Alla. L-imħabba tal-bniedem kultant tagħmina, għax naħsbu bħala bnedmin li aħna, u meta ġieli niġu għal ċerti deċiżjonijiet li nkunu ser inbatu aħna, nitfixklu u forsi wkoll nissuppervjaw.Aqra aktar

Ħal Balzan se jfakkar żewġ Anniversarji

 

Is-sena li ġejja 2019, il-komunità parrokkjali ta’ Ħal Balzan se tikkommemora żewġ anniversarji sinifikattivi ħafna fl-istorja tagħha. F’Marzu Ħal Balzan se jfakkar għeluq il-150 sena mill-wasla u l-inawgurazzjoni tal-vara titulari ta’ Marija Annunzjata, u f’Diċembru se ssir it-tifkira tat-350 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: It-turiżmu żdied bi 15% bis-saħħa ta’ Valletta 2018

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sostniet li Valletta 2018 tat viżbilità kbira lil bosta valuri fosthom it-twettiq tal-ġustizzja soċjali.

Il-President qalet dan waqt il-ftuħ tal-ħames edizzjoni ta’ konfrerenza mtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bit-tema Sharing the Legacy li qed jieħdu sehem fiha għadd ta’ kelliema internazzjonali bil-għan li jagħtu eżempji differenti ta’ kif jista’ jkompli jsir żvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali fil-Belt. Aqra aktar

Ir-Rumani u l-għasel tagħhom f’San Pawl Milqi

Nhar il-Ħadd, 28 t’Ottubru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex igawdi attivitajiet varji li qed jiġu organizzati fis-sit arkeoloġiku ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad. Bosta mill-attivitajiet se jiffukaw fuq il-produzzjoni, l-użu, u l-konsum tal-għasel fil-perjodu Ruman, flimkien mar-rwol tat-trobbija tan-naħal. Matul il-ġurnata se jkun hemm ukoll numru ta’ taħditiet dwar l-għasel u ż-żejt taż-żebbuġa.

Aqra aktar

Ilwien il-Ħarifa fis-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar

Il-mużew tas-santwarju f’Ħaż-Żabbar se jilqa’ esebizzjoni ta’ pittura mill-artist Antonio Mifsud. Autumn hues jew Ilwien il-Ħarifa huwa t-titlu ta’ din l-esebizzjoni personali. L-esebizzjoni se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-3 sal-25 ta’ November 2018 kuljum bejn id-9.00 u nofsinhar.

Aqra aktar

Ara: Meta żewġ stejjer ta’ imħabba jsiru ħaġa waħda

‘Orfeo and Majnun’ hija opra b’differenza li ser tittella’ fi tmiem din il-ġimgħa f’Dar il-Meditteran għall-konferenzi fil-Belt. B’taħlita ta’ mużika u teatru li se ġġib flimkien żewġ leġendi, dik Griega ta’ Orfeo u Euyrdice flimkien ma’ dik tal-Lvant Nofsani ‘Leyla u Majnun’.

Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018  li se tittella’ fi tliet lingwi differenti f’daqqa l-Ingliż, l-Għarbi u l-Malti, bis-sehem ta’ bosta artisti internazzjonali u bl-interpretazzjoni ewlenija ta’ Clare Agius. Aqra aktar

Minn infermiera tal-Mediterran għal arena ta’ qtil

L-aħbar xokkanti tal-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand u l-Arċidukessa f’Sarajevo fit-28 ta’ Ġunju 1914, nisslet sensazzjoni profonda mal-Ewropa kollha. Dan il-qtil kien rifless f’għaġeb u biża’ mhux biss f’Malta iżda ssarraf ukoll f’nuqqas ta’ sigurtà fl-Ewropa, li wassal għall-Ewwel Gwerra Dinjija.  Fid-29 ta’ Lulju tal-istess sena, sitt ijiem qabel mal-Gran Britannja ddikjarat formalment il-gwerra tagħha kontra l-Ġermanja, id-Deputat Direttur tas-Servizzi Mediċi, il-Kurunell Kmandant Michael William Russell, sejjaħ lill-uffiċjali mediċi tiegħu lura mill-vaganzi u lesta l-erba’ sptarijiet li kien hawn Malta għal kulma seta’ jinqala’.Aqra aktar

Send this to a friend