Kultura | One News - Part 13

Notifiki

Esperjenza Milied tradizzjonali Malti f’Ħal Kirkop fi tmiem il-ġimgħa li ġej

Wasal Diċembru, ix-xahar tal-Milied, u x-xahar li jkun mimli b’attivitajiet differenti. F’Ħal Kirkop dan żgur mhux se jonqos, permezz tal-attività inovvativa ta’ Trejqet il-Milied fi Triq il-Paroċċa f’Ħal Kirkop. Attività li se tkun ibbażata fuq jumejn, bejn is-Sibt 8 ta’ Diċembru mis-18:00 ‘l quddiem, u il-Ħadd 9 ta’ Diċembru mit-08:00 ‘l quddiem.Aqra aktar

Tkanta fil-post fejn twieled Ġesù Bambin

Tul l-aħħar jiem, il-kantanta Maltija La Barokka kienet il-mistiedna ewlenija f’isem Malta waqt il-kunċert uniku nisrani, Lighting of the Christmas Tree in Bethlehem, li l-udjenza għalih laħqet il-15,000 ruħ, fosthom il-Prim Ministru Palestinjan Rami Hamdallah u dinjitarji ohrajn.
Iċ-ċerimonja saret fi Pjazza Maxtura f’Betlem, li tinsab hdejn il-Knisja tan-Natività mibnija fuq il-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.

Aqra aktar

ARA: Kor Malta tibda bil-kbir!

 

Kor Malta, il-kor Nazzjonali ta’ Malta, iddebutta bi spettaklu mill-isbaħ fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl il-Ħadd.

Il-kunċert, taħt it-tmexxija tad-direttur Riccardo Bianchi, ittella’ bħala parti mill-proġett tal-Gvern ta’ Outreach in the Community. Il-kor hu magħmul minn 55 korista li diġà jagħmel parti mill-kor fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.Aqra aktar

Sellem lill-Valletta 2018 fl-aħħar festa fil-15 ta’ Diċembru

Wara sena mill-aktar impenjattiva, b’aktar 400 attività kulturali bis-sehem ta’ eluf kbar ta’ Maltin u turisti, spettaklu kbir bis-sehem tal-grupp mużikali Tribali se jagħlaq is-separju tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-ispettaklu li se jittella’ s-Sibt 15 ta’ Diċembru, jagħmel parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Aħħar Festa, jiġifieri l-għeluq uffiċjali ta’ Valletta 2018.Aqra aktar

Kollox jibda minn gidma ta’ tuffieħa f’Ħaż-Żebbuġ

ACTion Productions tistedinkom għat-tielet pantomima tagħhom bl-isem Snow White u l-Maġija fil-Foresta tal-Fantażija. Din is-sena l-awtur Sonic-j Aquilina għażel il-karattru ta’ Snow White, ovvjament l-awtur żamm ftit mal-istorja oriġinali li jaf biha kulħadd u frott l-immaġinazzjoni tiegħu ħoloq diversi karattri ġodda u sitwazzjonijiet umoristiċi li żgur għandhom jaqsmu lil kulħadd bid-daħk.

Aqra aktar

Ela lura Malta wara avventura fil-Belarus

Il-kantanta Ela Mangion irritornat Malta wara avventura mill-isbaħ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest fil-Belarus il-Ħadd li għadda. Malta kisbet il-ħames post wara wirja mill-aqwa tal-kanzunetta Marchin’ On, filwaqt li l-Polonja rebħet l-unur tal-Junior Eurovision.Aqra aktar

Send this to a friend