Kultura | One News - Part 11

Notifiki

Bohemian Rhapsody u Titanic kienu l-aktar films li l-Maltin marru jaraw fiċ-ċinema

Bohemian Rhapsody u Mamma Mia Here We Go Again kienu l-aktar żewġ films popolari f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet. Dan skont stħarriġ li wettqet KRS, il-kumpanija Maltija li ġġib il-films f’pajjiżna.

Fil-fatt dak il-film li jfakkar il-leġġenda Fredie Mercury u l-grupp Queen dam fl-ewwel post tal-aktar film li ra nies għalih fis-swali taċ-ċinema għal seba’ ġimgħat sħaħ.Aqra aktar

Ritratti: Il-Maġi jaslu Malta u jibdew il-vjaġġ għal Għajnsielem

Fuq titjira tal-Air Malta minn Tel Aviv, illum waslu s-Slaten Maġi f’Malta bħala parti mill-attivitajiet b’rabta mal-presepju ħaj Betlehem f Għajnsielem. Il-miġja tal-Maġi bdiet minn Pjazza Maxtura f’Betlehem.

Dan l-għaxar anniversarju kien ikkomemorat mit-tluq tal-Maġi mill-art li fiha twieled Ġesú Bambin, b’hekk kienet ferm aktar speċjali.Aqra aktar

Soru tagħmel l-ostji ħdejn il-maxtura f’presepju ħaj f’Għawdex

Jekk wieħed f’dawn il-jum ta’ festi żar il-presepju ħaj li jinsab fil-komunità ta’ Ġesu Nazzarenu fix-Xagħra Għawdex, ra personaġġ mhux tas-soltu. Ħdejn il-Madonna, San Ġużepp u Ġesù tarbija, kien hemm soru Franġiskana tagħmel l-ostji.  Fil-kuvent tas-Sorijiet Franġiskani li jinsab fix-Xagħra stess hemm bħalissa erba’ sorijiet. Aqra aktar

Send this to a friend