Kultura | One News - Part 10

Notifiki

L-10 sena ta’ Ġorġ tad-doghnuts bħala dama – La Valette u t-tliet Muscatieri

“L-eċitament qiegħed iżid kull sekonda li tgħaddi.  Iż-żmien qiegħda joqrob.  Anzi wasal! … li nerġa’ ninterpreta l-parti tad-dama fil-pantomima!  Żmien li nkun ilni nipprepara għalih mhux ħażin …. Żmien li jkun wasal biex nara dak li tkellimt u ddiskutejt mal-produttur u d-direttur jitwettaq!  Anki naħseb fuq hekk jaqbadni t-tferfir.” Hekk qalilna Ġorġ tad-Doghnuts li din is-sena se jkun qed jinterpreta l-parti tad-dama għall-10 darba tiegħu.

Aqra aktar

Waħda mill-ftit nisa li jibnu l-presepji – Catherine D’Amato

“Dan iż-żmien tal-Milied, aktar minn żmien ieħor fost is-sena, ifakkar lil bosta fit-tradizzjonijiet ta’ tfulitna. Fost l-oħrajn ifakkarna fil-purċissjoni bil-bambin u f’kemm-il vers kellna nitgħallmu biex ntellgħu l-biċċa xogħol teatrali anke jekk primittiva tagħna. Ifakkarni fil-ġulbiena li kienet tiżra’ u tħalli fid-dlam ommi. Ifakkarni fil-presepji differenti li konna ta’ kull sena nagħmlu bil-ġebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Illum il-purċissjoni nsegwiha biss u ma nistudja l-ebda linja, il-ġulbiena mhux dejjem ikolli ċans niżraha u l-presepju jibqa’ l-istess wieħed sena wara l-oħra.”

Aqra aktar

Trevor Zahra jirbaħ il-premju tal-akkademja tal-Malti

Trevor Zahra rebaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Dan ħabbru l-President ta’ din l-akkademja, il-Professur Albert Borg, f’ċerimonja fejn fiha kien hemm diversi professjonisti tal-Malti.

Il-Professur Borg qal li Zahra huwa persuna li jixraqlu dan il-premju għaliex hu ħadem bis-sħiħ għal-letteratura u l-ilsien Malti.

Wara t-tħabbira tar-rebbieħ intwera filmat tax-xogħolijiet kollha li għamel Trevor Zahra tul ħajtu.

FILMAT: “Valletta 2018 għalqet bil-kbir”

Is-Sibt filgħaxija l-Belt Valletta għalqet bil-kbir is-sena li matulha ġarret it-titlu ta’ belt kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-Aħħar Festa, l-attività uffiċjali tal-għeluq ta’ Valletta 2018, ġiet iċċelebrata fi Pjazza San Ġorġ quddiem folla mdaqqsa.

Apparti l-ispettaklu dinamiku li ttella’ minn artisti bħal Ozzy Lino u l-gruppi Tribali u The Brass House Unit, ġie mgħoddi t-titlu lill-Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss, lil Matera u lil Plovdiv.Aqra aktar

Għandek sal-lejla biex tara presepju ħaj fil-Ħamrun

Hekk kif qed joqrob il-Milied, diversi dilettanti jfakkru din il-ġrajja billi jagħmlu xi presepju.

Il-Komunità Franġiskana fil-Ħamrun organizzaw presepju ħaj, fejn in-nies li attendew f’dan it-tmiem il-ġimgħa, esperjenzaw mill-qrib din il-ġrajja permezz ta’ personaġġi tad-demm u l-laħam. Fil-presepju hemm ukoll diversi annimali, fosthom nagħaġ, baqar u anke ħmar. Annimali li huma simboli ewlenin f’din il-ġrajja.Aqra aktar

Send this to a friend