Kultura | One News

Notifiki

Minn infermiera tal-Mediterran għal arena ta’ qtil

L-aħbar xokkanti tal-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand u l-Arċidukessa f’Sarajevo fit-28 ta’ Ġunju 1914, nisslet sensazzjoni profonda mal-Ewropa kollha. Dan il-qtil kien rifless f’għaġeb u biża’ mhux biss f’Malta iżda ssarraf ukoll f’nuqqas ta’ sigurtà fl-Ewropa, li wassal għall-Ewwel Gwerra Dinjija.  Fid-29 ta’ Lulju tal-istess sena, sitt ijiem qabel mal-Gran Britannja ddikjarat formalment il-gwerra tagħha kontra l-Ġermanja, id-Deputat Direttur tas-Servizzi Mediċi, il-Kurunell Kmandant Michael William Russell, sejjaħ lill-uffiċjali mediċi tiegħu lura mill-vaganzi u lesta l-erba’ sptarijiet li kien hawn Malta għal kulma seta’ jinqala’.Aqra aktar

Edizzjoni akbar minn qatt qabel ta’ ŻiguŻajg

Għat-tmien sena konsekuttiva, eluf ta’ tfal u familji ser ikollhom iċ-ċans jattendu għall-festival internazzjonali tal-arti, ŻiguŻajg.  Mifrux fuq disat ijiem, dan il-festival ser joffri xelta wiesgħa ta’ attivitajiet li jvarjaw minn arti performattiva, għal teatru, wirjiet bil-pupazzi, serati mużikali, żfin kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ.

Żigużajg ta’ din is-sena se jkun akbar minn qatt qabel hekk kif ser ikollu 27 proġett mifrux f’20 post differenti fil-Belt Valletta, l-Furjana, l-Ħamrun u f’Għawdex. Aqra aktar

It-Temp ma jħassarx il-wirja b’armar qadim tal-festa fil-Birgu

It-temp ma qatax qalb il-kumitat tal-festa tal-Birgu, għaliex dawn komplew bil-pjanijiet tagħhom biex jtellgħu l-wirja mill-isbaħ b’armar qadim tal-festa.

Il-wirja li saret fl-Oratorju tar-Rożarjanti fil-kunvent tal-Patrijiet tad-Dumnikani kienet tikkonsisiti f’diversi armar qadim, fosthom pavaljuni tad-drapp, pitturi ta’ qabel il-gwerra, u statwi fost oħrajn. Aqra aktar

It-Tosca fl-Aurora mibjugħa kollha

Il-produzzjoni ġdida tal-opra Tosca f’Għawdex hija mibjugħa kollha. Dan ġie mħabbar mit-Teatru tal-Opra Aurora li qiegħed jipproduċi din l-opra ta’ Giacomo Puccini. Jidher li l-mod ġdid ta’ kif il-produzzjoni ġiet mibnija, grazzi għal kollaborazzjoni artistika bla preċedent ġabet interess straordinarju mhux biss mid-dilettanti tal-opra imma wkoll min-nies oħra mid-dinja tal-arti u anke l-moda.

Waqt li s-surmast Colin Attard, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-Kor tat-Teatru tal-Opra Aurora jibqgħu kostanti, it-teatru investa f’kollaborazzjoni artistika innovattiva mar-reġista ta’ fama mondjali Vivien Hewitt, id-disinjatur tal-ħwejjeġ tal-moda Għawdxi Luke Azzopardi u l-perit Andrew Borg Wirth, dawn tal-aħħar miġjuba mid-ditta camilleriparismode. Ir-riżultat finali huwa wieħed ta’ estetika mill-aktar eleganti, li għandha tinżel tajjeb sewwa mal-konservattivi u t-tradizzjonalisti tal-opra u sewwa ma’ dawk li jħobbu daqsxejn aktar kulur u novità.

Aqra aktar

Bil-Filmat: il-PM jinawgura esibizzjoni fil-MICAS

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illejla se jinawgura esibizzjoni ta’skultura oriġinali tal-ġebel bl-isem ‘The Radiant’, maħduma mill-artist Ugu Rodinone. Dan huwa proġett b’kollaborazzjoni mal-Ispazju Malti għall-Arti Kontemporanja, il-MICAS.

Xi ppjanajt għal nhar il-Ħadd?

Tista’ żżur it-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex bla ħlas nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ottubru. Dawn it-tempji preistoriċi huma inklużi fil-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO, u huma kkunsidrati bħala wħud mill-eqdem monumenti wieqfa fid-dinja, saħansitra iktar antiki minn Stonehenge u l-piramidi tal-Eġittu.Aqra aktar

Send this to a friend