Internazzjonali – Page 7 – One News

Notifiki

BREAKING: L-Iran tirtira mill-ftehim dwar il-produzzjoni tal-materjal nukleari

Tard il-Ħadd filgħaxija l-Iran ħabbret li rtirat mill-ftehim tal-2015 dwar l-armi nukleari. Dan ifisser li issa l-Iran mhux se tibqa’ tillimita l-ħażna tagħha tal-Uranju.

Dan seħħ f’ġurnata li matulha, mijiet t’eluf ta’ Iranjani ħarġu fit-toroq sabiex juru r-rispett tagħhom lill-eks Ġemeral Qassim Soleimani li nqatel il-Ġimgħa filogħdu f’attakk mill-qawwiet tal-ajru Amerikani hekk kif il-konvoj tiegħu ħareġ mill-ajruport ta’ Baghdad fl-Iraq.

Aqra aktar

F’Palermo: omm u bint jindarbu wara li waqgħu fil-qabar tal-familja

F’Palermo, omm u bint li l-Ħadd filgħodu marru fuq il-qabar tal-għeżież tagħhom fiċ-ċimterju ta’ Balestrata spiċċaw midruba wara li sfrodaw bihom il-kaptelli tal-qabar tal-familja.

L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA rrapportat li l-inċident seħħ meta l-omm u l-bint kienu se jqiegħdu bukkett tal-fjuri fuq il-qabar tal-għeżież tagħhom.

Aqra aktar

Trump iwissi li lesti biex jattakaw

Il-President Amerikan, Donald Trump wissa lill-Iran illi l-Istati Uniti lesta biex tattakka 52 sit Iranjan jekk il-kapitali tal-Iran, Tehran, tattakka lil ċittadini jew assi Amerikani. Il-President Amerikan semma li fost dawn is-siti hemm diversi postijiet ta’ importanza għall-Iran.

Aqra aktar

Ikkritikat għax baqa’ fil-Karibew

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed ikun ikkritikat minħabba li naqas milli jitlaq mill-btala tiegħu fil-Karibew sabiex jindirizza t-tensjonijiet li qed jiżdiedu fil-Lvant Nofsani.

Johnson, li kien qed jiċċelebra l-bidu tas-sena l-ġdida fil-Karibew, għadu ma tax kummenti dwar l-attakk li wettqet l-Istati Uniti fl-Iran. Huwa mistenni li jirritorna fl-Ingliterra fis-sigħat li ġejjin.

Aqra aktar

Send this to a friend