Internazzjonali – Page 580 – One News

Notifiki

Prim Ministru ġdid għat-Turkija

Il-partit AK li jinsab fit-tmexxija tat-Turkija għażel lil Binali Yildrim bħala l-kandidat għal mexxej, ġimagħtejn wara li diżgwid mal-President wassal biex irriżenja l-Prim Ministru.

Yidlrim, li bħalissa huwa l-Ministru għat-Trasport, huwa meqjus bħala l-id il-leminija tal-President Recep Tayyip Erdogan.

L-eksPrim Ministru Ahmet Davutoglu kien oġġezjona l-pjan ta’ Erdogan li jkabbar il-poter tiegħu. Għaldaqstant, il-President Tork kien qed ifittex lil xi ħadd li huwa iktar viċin il-viżjoni tiegħu.
Aqra aktar

“e-skin” – rivoluzzjoni fil-qasam tas-saħħa?

Il- ġilda hija wieħed mill-aktar organi importanti tal-ġisem. Fl-Università ta’ Tokyo inħolqot ingwanta teknoloġika li kapaċi tibdel totalment il-qasam tas-saħħa.

Immaġina xena fejn permezz ta’ teknoloġija speċjali l-ġilda tagħna tkun tista’ tikkomunika dak li jkun għaddej ġewwa l-ġisem tal-bniedem. Din l-invenzjoni tista’ tassisti kirurgi permezz ta’ twissijiet meta persuna tkun ser tinħakem minn xi marda, invenzjoni li tista’ wkoll tesponi mard li jkunu preżenti f’persuni oħra, sempliċiment billi tħoss il-ġilda ta’ persuna oħra.

Takao Someya, xjentist minn Tokyo rnexxielu jbiddel din ix-xena f’realta’.

Aqra aktar

Ma obdewx u għarrquhom

F’dan il-filmat tidher dgħajsa tas-sajd Ċiniża tiġi mgħarrqa minn awtoritajiet Arġentinjani, wara li njorat diversi twissjiet u daħlet f’zona ristretta. Abbord kien hemm membri tal-ekwipaġġ li kellhom jevakwaw id-dgħajsa meta din ġew sparati tiri lejha.

Aqra aktar

NIKKONFERMAW: se jinvestigaw d-diska Ukrena

Allegatament il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena kisret ir-regolamenti tal-festival. Filmat li beda jiċirkola fuq Youtube u li jtella’ f’Mejju 2015 juri lil Jamala tkanta d-diska ‘1944’.

Dan imur kontra r-regoli tal-Eurovision għaliex kanzunetta li tipparteċipa fl-edizzjoni li ssir f’Mejju ma tistax toħroġ fil-pubbliku qabel Settembru ta’ qabel. Dan ifisser li l-kanzunetta tal-kantata Ukrena ma setgħetx toħroġ qabel l-1 ta’ Settembru tal-2015 biex tkun eliġġibli li tikkompeti fil-Eurovision li għadda.

Aqra aktar

Mumenti ta’ ferħ indesrivibbli fin-Niġerja

Wara sentejn, instabet waħda mit-tfal tal-iskola li nħatfu fin-Niġerja sentejn ilu.

Amina Ali Nkeki, li llum għandha 19-il sena, instabet b’tarbija ta’ erba’ xhur minn grupp li kien qiegħed jgħasses il-foresta Sambisa, qrib il-konfini mal-Kamerun. It-tfajla kienet ma’ raġel li huwa suspettat li huwa membru mill-grupp terrorist Boko Haram. Huwa iddikjara li hu r-raġel tagħha, iżda kien arrestat u ttieħed fil-kapitali Maiduguri. Amina ltaqgħat mill-ġdid ma’ ommha, għalkemm għal żmien qasir, sakemm ittieħdet għal kura medika flimkien mat-tarbija.

Aqra aktar

Ryanair vs Brexit

Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.

Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.

Aqra aktar

Għargħar li jċaqlaq u joqtol

Għargħar li ħoloq valangi tat-tajn waqt maltempata kbira fi Sri Lanka ħalla 19–il persuna mejta u mijiet ta’ eluf mingħajr saqaf fuq rashom.

Huwa stmat li s’issa kważi 350,000 ġew milquta mill-għargħar. 200,000 minnhom kellhom jiġu evakwati minn djarhom.

F’belt ewlenija fil-pajjiż, niżlu kważi erba’ mitt millimetri ta’ xita f’temp t’24 siegħa. Il-maltempa waslet ġimgħat qabel ma jiftaħ l-istaġun tal-Monsoon, perjodu magħruf għal xita qalila, li normalment tikkawża l-valangi tat-tajn.

Aqra aktar

Send this to a friend