Internazzjonali – Page 555 – One News

Notifiki

Allarm qawwi fil-Kanada

Iddikjarat stat ta’ emerġenza fil-provinċja Alberta l-Kanada. Nirien wasslu biex 88,000 persuna kellhom jitilqu minn djarhom. Uffiċjali qed iwissu li n-nirien, li bdew fis-salvaġġ, jaf jeqirdu ħafna mill-Belt, u l-ġlieda kontra l-fjammi f’dawn is-siegħat hija kruċjali.

Aqra aktar

Lejn il-bidla fir-regoli ta’ Dublin

Il-Kummissjoni Ewropea preżentat proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil billi tinħoloq sistema aktar ġusta, aktar effiċjenti u aktar sostenibbli għat-tqassim tal-applikazzjonijiet għall-ażil fost l-Istati Membri.

Il-prinċipju bażiku se jibqa’ l-istess – dawk li qed ifittxu ażil għandhom, sakemm ma jkollhomx qraba xi mkien ieħor, japplikaw għall-ażil fl-ewwel pajjiż fejn jidħlu. Imma mekkaniżmu ġdid għal tqassim ġust għandu l-għan li jiżgura li l-ebda Stat Membru jitħalla bi pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema tiegħu ta’ ażil.

Aqra aktar

Luca Toni ser jirtira

Il-goal scorer prolifiku eksBayern Munich u Fiorentina ħabbar li ser ikun qed jirtira. Dan wara li Luca Toni kienu ilu jilgħab f’livell professjonali għal dawn l-aħħar 22 sena.

Aqra aktar

Hollande kontra l-kummerċ ħieles bejn l-UE u l-USA

Skont Euronews, il-President Hollande ta’ Franza ta l-akbar indikazzjoni s’issa li se jopponi l-ftehim propost dwar il-kummerċ ħieles bejn l-Istati Uniti u l-UE, magħruf bħala t-Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP). Huwa qal li pajjiżu ma jistax jaċċetta dak li sejjaħ “kummerċ bla regoli stabbiliti”.  Huwa kien qed jikkummenta wara l-publikazzjoni mill-Greenpeace ta’ dokumenti li juru differenzi ikbar bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa dwar il-ftehim.

Ministru Taljan jinsisti dwar ftehim ma’ pajjiżi Afrikani

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Paolo Gentiloni qal lis-CNN li l-UE għandha tagħmel ftehim mal-pajjiżi Afrikani l-istess bħal dak li għamlet mat-Turkija f’Marzu biex twaqqaf l-immigranti rregolari. Huwa semma partikolarment lis-Senegal, il-Kosta tal-Avorju u n-Niġerja. Gentiloni saħaq biex l-iżbalji li saru fil-Lija ħames snin ilu ma jirripetux ruħhom għax jekk ma jkunx hemm stabbiklità diffiċli wieħed jgħeleb lill-militanti Iżlamiċi, l-ISIS, u jwaqqaf il-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin.

Cruz jirtira, Clinton titlef bi żbrixx

Fox News iħabbar li s-Senatur Ted Cruz irtira mit-tellieqa għan-nomina tal-Partit Republikan għall-elezzjoni presidenzjali Amerikana wara li tilef bil-kbir kontra Donald Trump fil-primarja ta’ Indiana. Cruz, li aktar kmieni għajjar lil Trump ġiddieb u li mhux kapaċi jkun president, qal lill-partitarji tiegħu li l-votanti għażlu triq oħra. Għad-Demokratiċi, Hillary Clinton u Bernie Sanders kienu jinsabu ras imb’ras, sakemm Clinton tilfet bi żbrixx.

Atletico Madrid l-ewwel finalisti

Bir-regola tal-gowl away Atletico Madrid huma l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League għal din is-sena wara li spiċċaw f’aggregate draw ta’ 2-2 ma’ Bayern Munich.

Wara li rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 1-0 il-plejers ta’ Diego Simeone kisbu dak li kellhom bżonn mil-logħba tal-lum anke jekk Bayern Munich iddominaw.

Aqra aktar

Fl-UE: 250,000 tifel u tifla fis-sena jkunu dikjarati nieqsa

Kull sena 250,000 tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea jkunu dikjarati nieqsa. Tlieta minn kull erbgħa (76%) li jinħatfu, jinqatlu. Il-qtil tagħhom iseħħ fl-ewwel tliet sigħat minn xħin jinħatfu.

Sfortunatament it-tfittxija għal tfal li jinħatfu ħafna drabi tieqaf mal-fruntieri interni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja u ma jinfirxux ’il barra mill-fruntieri.

Aqra aktar

Send this to a friend