Internazzjonali – Page 543 – One News

Notifiki

Tusk fil-Montenegro

Il-President tal-Kunsill Ewropew qiegħed iżur il-Montengro fl-okkażjoni tal-għaxar sena anniversarju mill-Indipendenza ta’ dan il-pajjiż, bil-għan ta żjara ta’ Tusk ikun ukoll dak li l-President Tusk u l-Prim Ministru Milo Dukanovic jiddiskutu l-progress li qed isir lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Sparatura viċin il-White House

Paniku viċin il-White House wara li raġel deher armat u uffiċjal tas-servizz sigriet sparalu u kkawżalu diversi ġrieħi. Uffiċjali tal-pulizija qalu li r-raġel resaq lejn il-grada tas-sisgurtà u sparawlu wara li ntalab iniżżel l-arma li kellu u rrifjuta.

Aqra aktar

Erba’ nisa attakkati f’Londra

F’Londra, erba’ nisa kienu attakkatti minn raġel b’sikkina li mill-ewwel ġie arrestat mill-Pulizija.

Tlieta mill-erba’ nisa kienu f’parkeġġ tas-supermarket Sainsbury’s f’Hamtpon, fin-nofsinhar ta’ Londra, meta sfaw vittmi ta’ dan l-attakk.

Iktar tard, il-Pulizija sabu lir-raba’ vittma tinsab fil-periklu tal-mewt.

Aqra aktar

Juventus b’udjenza privata mal-Papa

Dalgħodu t-tim Juventin immexxi minn Andrea Agnelli u Beppe Marotta kellhom udjenza privata ma’ Papa Franġisku. Preżenti kien hemm anke l-President tal-Lega Calcio, Maurizio Beretta.

Papa Franġisku esprima s-simpatija tiegħu lejn it-tim Juventin għal dak li jagħmlu fil-grawnd u għall-valuri li jħaddnu. Hu awgura lill-plejers Bianconeri li jagħrfu jkunu “champions fuq kollox fil-ħajja” biex il-partitarji “jaraw fikom il-kwalitajiet umani ta’ atleti impenjati li jixhdu l-valuri awtentiċi tal-isports.”

Jinstabu l-ewwel fdalijiet mill-EgyptAir

Il-midja Eġizzjana qed tirrapporta li nstabu fdalijiet tal-ajruplan EgyptAir u oġġetti tal-passiġġieri li kienu fuq it-titjira MS804, madwar 290 kilometru fit-tramuntana ta’ Lixandra fl-Eġittu.

Fost l-oħrajn intlemħu bagalja u qed jingħad li saħansitra kien hemm parti minn ġisem ta’ wieħed mill-vittmi.

Huma qalu li l-forzi navali Eġizzjani għamlu dawn is-sejbiet u qed ifittxu fl-inħawi għall-kaxxa s-sewda tal-ajruplan.

Aqra aktar

Ritratt sabiħ jew ta’ stmerrija?

Dan ir-ritratt ta’ missier li qed iżomm lil ibnu f’ħoġru fix-xower u li ġie ċċirkolat fuq il-Facebook għal diversi ġimgħat qanqal reazzjonijiet varji. Filwaqt li kien hemm min ħassu skomdu u rrapporta biex jitneħħa, oħrajn ħarsu lejh minn perspettiva ta’ sensittività u sens ta’ affezzjoni.

Ir-ritratt tpoġġa fuq is-sit soċjali mill-fotografu Heather Whitten li tgħix f’Arizona, fl-Amerka. Fir-ritratt hemm binha Fox u żewġha, Thomas Whitten – missier it-tifel.Aqra aktar

Instabet it-tieni waħda?

L-armata Niġerjana qiegħda tgħid li nstabet it-tieni tifla minn mitejn li kienu nħatfu minn skola minn grupp ta’ militanti fin-Niġerja sentejn ilu. Iżda rappreżentant tal-ġenituri ta’ dawk maħtufa xeħtu dubju dwar kemm fil-fatt dik li nstabet hix waħda minn dawk li kienu nħatfu minn skola sekondarja, għax isimha mhux fil-lista ta’ dawk li għebu skont il-familja.

It-tfajla jisimha Serah Luka u kienet waħda minn 97 mara u tfal li ġew salvati minn truppi fil-Grigal tan-Niġerja. F’din l-operazzjoni nqatlu 35 terrorist tal-Boko Haram u ttieħdu diversi armi u munizzjon.

Aqra aktar

Erbat ijiem dawl bir-riħ, xemx u l-ilma

Għal ertbat ijiem sħaħ, il-Portugal kienet dipendenti mill-enerġija rinovabbli, inkluż ix-xemx, ir-riħ u l-ilma. Minn figuri ppubblikati dwar l-enerġija rriżulta li għal 107 sigħat, mis-Sibt 7 (6.45am) sal-Erbgħa 11 ta’ Mejju (5.45pm) l-enerġija tal-pajjiż kienet iġġenerata mill-pannelli solari, it-turbini tar-riħ u s-saħħa tal-ilma.

Dan ħareġ ftit jiem wara li l-Ġermanja ħabbret li s-Sibt 15 ta’ Mejju, l-enerġija nadifa, kważi laħqet mal-ħtiġijiet tal-pajjiż f’dak li huwa elettriku.

Send this to a friend