Internazzjonali – Page 539 – One News

Notifiki

Fl-UE: 250,000 tifel u tifla fis-sena jkunu dikjarati nieqsa

Kull sena 250,000 tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea jkunu dikjarati nieqsa. Tlieta minn kull erbgħa (76%) li jinħatfu, jinqatlu. Il-qtil tagħhom iseħħ fl-ewwel tliet sigħat minn xħin jinħatfu.

Sfortunatament it-tfittxija għal tfal li jinħatfu ħafna drabi tieqaf mal-fruntieri interni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja u ma jinfirxux ’il barra mill-fruntieri.

Aqra aktar

Il-Prinċipessa Charlotte diġà bil-lipstick

Għalkemm żgur għad fadalla biex tibda titkellem, u wisq aktar biex tibda tapplika l-makeup, il-Principessa Charlotte diġa serviet t’ispirazzjoni għal Marc Jacobs li ħarġu lipstick iddedikat għaliha.

Il-kulur magħżul għal-lipstick, Charlotte, huwa roża ċar, kulur il-ward li wieħed isib fil-ġonna tal-Palazz ta’ Kensington.

Aqra aktar

Ara l-filmat ta’ xena li ma titwemminx fil-Parlament Tork

Kif tistgħu isegwu f’dan il-video, ilbieraħ fil-Parlament Tork inħoloq kjass sħiħ bejn il- parlamentari Torok rigward proposta leġislattiva li tneħħi l-immunità tagħhom mill-prosekuzzjoni.

Din mhix l-ewwel darba li ġew fl-idejn fil-Parlament Tork, tant li r-ritratt t’hawn fuq, meħud minn The Guardian, juri battibekk ieħor li seħħ fi Frar.

Għalliema li ma jridux jafu!

Skont Fox News, aktar minn 1,500 għalliem f’94 skola publika f’Detroit irrapurtaw li huma morda u ma marrux jgħallmu bi protesta wara li saru jafu li l-probabbiltà hi li mhux se jitħallsu s-salarju wara Ġunju għax id-distrett huwa fallut.

L-għalliema u l-ġenituri tal-istudenti qed jisħqu mal-politiċi tal-istat ta’ Michigan biex japprovaw ir-riformi fl-edukazzjoni li se jiswew 715-il miljun dollaru biex hekk ikunu jistghħu jitħallsu l-għalliema, li minn ras għal ras għandhom salarju annwali ta’ 63,716-il dollaru, ekwivalenti għal 55,250 ewro.

Aqra aktar

Pass eqreb lejn li nifmhu l-kanċer tas-sider

Skont studju pubblikat fil-journal Nature, ix-xjenzati irnexxielhom isibu xi jwassal biex persuna tiżviluppa l-kanċer tas-sider – pass li jista’ jwassal għal metodi ġodda kif dan jista’ jiġi mfejjaq jew evitat.

Biex jifhmu xi jwassal għall-marda, x-xjenzati riedu l-ewwel isibu xi jmur ħażin fid-DNA li jwassal biex it-tissue issir kanċeroġina.

Aqra aktar

Ħolma konfermata: Leicester champions biż-żelqa ta’ Spurs

Iż-żelqa tat-Tottenham meta tilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls fl-ewwel taqsima biex spiċċaw miżmuma fi draw maċ-Chelsea tat il-Premier League lil Leicester, żewġ logħbiet qabel tmiem il-kampjonat.

Gowl fit-82 minuta tal-logħba għal Chelsea tat lil Leicester il-kampjonat filwaqt li qatlet kull tama għall-Ispurs li jerbħu l-kampjonat.

Aqra aktar

Send this to a friend