Internazzjonali – Page 536 – One News

Notifiki

Ħabs għal Messi?

Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f’Qorti Spanjola dwar frodi.

Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009.

Aqra aktar

Għargħar fi Franza u l-Ġermanja joqtol ħamsa

Minn tal-inqas ħames persuni mietu fil-jum tal-Erbgħa fi Franza u l-Ġermanja minħabba l-għargħar.

Gruppi tat-tfittxija fil-Ġermanja sabu l-iġsma ta’ tliet persuni li nqabdu f’dar filwaqt li mara nstabet mejta fi xmajra fil-viċin. Fiċ-ċentru ta’ Franza, mara ta’ 86 sena tilfet ħajjitha.

Għexieren ta’ bliet spiċċaw mgħarrqa u ħafna nies ġew salvati b’helikopter. Bassara tat-temp qed jgħidu li l-livelli tal-ilma mistennija jgħolew fil-jiem li ġejjin. L-għargħar huwa maħsub li kkawża ħsarat sostanzjali.

Titjijra EgyptAir: identifikati sinjali minn kaxxa sewda

Ġew identifikati sinjali minn waħda mill-kaxxi s-suwed tal-ajruplan tal-EygptAir li ġġarraf ix-xahar li għadda.

Dan ikkonfermawh investigaturi Franċiżi, għaliex kien il-vapur Franċiż Laplace li identifika dawn is-sinjali waqt tfittxija fil-baħar Mediterran.

Is-sinjali kienu identifikati grazzi għal sistema li tanalizza l-ħsejjes, b’robots li kapaċi jinżlu ta’ 3,000 metru taħt l-ilma.

 

2,500 għarqa fil-Mediterran f’ħames xhur

Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) l-għadd ta’ nies li mietu jew għebu f’katina ta’ traġedji fil-Mediterran fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2016, jaqbeż l-1,000 ruħ. Dan ifisser li s’issa, din is-sena biss, mietu jew għebu fuq 2,500 ruħ fil-Mediterran. Il-bażi tal-kalkoli hija r-rakkonti ta’ migranti li kienu salvati huma u jaqsmu bil-baħar mil-Libja lejn l-Ewropa jew li rnexxielhom jaslu l-Italja.Aqra aktar

L-itwal mina fid-dinja inawgurata llum

L-itwal mina fid-dinja se tkun inawgurata llum fl-Iżvizzera wara kważi għoxrin sena ta’ kostruzzjoni.

Il-Gotthard Base Tunnel fiha 57 kilometru u tgħaddi minn taħt l-Alpi Żvizzeri, bejn l-Ewropa ta’ fuq  u l-Ewropa t’isfel. Hu maħsub li din il-mina se tibddel il-mod li bih jiġu trasportati affarijiet madwar l-Ewropa u saħansittra madwar id-dinja, għaliex miljuni ta’ trakkijiet issa jistgħu jinqatgħu mit-toroq Ewropej u minflok tintuża ferrovija għat-trasport.

Aqra aktar

Kemm lest tħallas għal xi ħaġa ta’ Pelé?

Pelé, dak meqjus minn ħafna bħala l-aqwa player, għażel li jinfired mill-kollezzjoni sħiħa ta’ medalji u premji li akkumula tul il-karriera tiegħu.

Il-Brażiljan, li wassal lit-tim tiegħu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet u li kien il-Player tas-Seklu skont Fifa, qed ibiegħ litterlament kollox: mir-replika tiegħu tat-trofew Jules Rimet sa ċurkett ta’ kampjonat tal-1977.

Aqra aktar

Send this to a friend