Internazzjonali – Page 535 – One News

Notifiki

17 mejta: nirien fl-Ukrajna

17-il persuna mietu b’kawża ta’ nar li ħakem bini li fih kien hemm diversi anzjani f’villaġġ viċin il-kapitali Ukrena Kiev. In-nar beda fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu f’bini ta’ żewġ sulari.

Fil-binja kien hemm madwar 35 persuna. Il-Ministeru tal-Emerġenza qal li ġew salvati 18-il persuna, b’ħamsa minnhom ittieħdu l-isptar minħabba ħruq. L-awtoritajiet bdew investigazzjoni fuq l-inċident.

Aqra aktar

Donald Tusk jispara tir u jiġri fi Brussell

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk dalgħodu qam jagħmel b’ġirja izda din id-darba b’differenza. Flimkien ma’ bosta nies il-President Tusk iddeċieda jagħmel dan il-ġirja ta’ 20 kilometru li qed issir fi Brussell sabiex juri solidarjeta’ ma’ dawk il-persuni  li spiċċaw vittmi tal-attakki terroristiċi li seħħew fil-Belt Ewropea nhar it-22 ta’ Marzu 2016.

Aqra aktar

Lufthansa tissospendi titjiriet lejn Veneżwela

Il-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa ħabbret li se tissospendi t-titjiriet lejn Veneżwela mit-18 ta’ Ġunju minħabba diffikultajiet ekonomiċi fil-pajjiż.

Il-kumpanija qalet ukoll li kontrolli tal-munita fil-Veneżwela qed jagħmluha impossibbli biex linji tal-ajru ibiddlu l-qliegħ tagħhom f’dollari u jibgħatu l-flus barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

Sakho jista’ jerġa’ jilgħab

Il-plejer ta’ Liverpool u Franza jista’ jerġa’ jirritorna fil-grawnd, dan wara li spiċċatlu t-30 ġurnata sospensjoni minħabba sustanza li huwa kien ħa. Huwa kien instab pożittiv għal sustanza illegali wara l-logħba kontra Manchester United fis-17 ta’ Marzu.

L-avukati tal-internazzjonali Franċiż argumentaw li s-sustanza li ħa, iġifieri dik biex tnaqqas il-ħxuna fil-ġisem, ma kinitx fil-lista tas-sustanzi li plejer ma setgħax jieħu b’hekk huwa qatt ma kellu jkun vittma ta’ din is-sospensjoni.

Aqra aktar

Se jkomplu jsaħħnu l-qiegħa bil-Eurovision

F’mossa li qed tiġi meqjusa bħala provokanti, l-istazzjon nazzjonali Russu se jorganizza s-selezzjoni għall-Junior Eurovision fil-Krimea.

Hekk kif bir-rebħa tal-Ukrajna fil-Eurovision qam ferment sħiħ fir-Russja issa kien imiss lir-Russi biex jużaw il-Eurovision u jinku ftit lill-ġirien tagħhom.

Is-selezzjoni li biha se tiġi magħżula l-kanzunetta u l-kantant/a biex tirrappreżenta lir-Russja fil-Junior Eurovision se titella’ fl-ICC Artek ġewwa Gurzuf fil-Krimea.

Aqra aktar

Tallega li sawwatha Johnny Depp

Il-Qorti Amerikana ordnat lil Johnny Depp biex ma jersaqx lejn martu, Amber Heard, wara li allegatament sawwatha.

Heard qalet li Depp waddbilha l-mowbajl fi ġliedha li kellhom is-Sibt li għadda. It-Tnejn li għadda fetħet kawża ta’ divorzju wara 15-il xahar ta’ żwieġ. Il-mara resqet ritratt ta’ wiċċha mbenġel quddiem il-Qorti Superjuri ta’ Los Angeles.

Aqra aktar

Jiġġarraf ajruplan f’New York

Iġġarraf ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija fi xmara bejn New York u New Jersey fl-Istati Uniti. L-ajruplan, tat-tip P-47 Thunderbolt u jiflaħ biss passiġġier wieħed, iġġarraf għoli ta’ madwar tliet kilometri viċin il-pont George Washington.
Ftit ħin wara, għaddasa sabu katavru – li jemmnu li huwa tal-pilota, għalkemm dan għadu mhuwiex ikkonfermat. Il-kawża tat-tiġrif għadha mhix magħrufa, għalkemm jidher li l-ajruplan iġġarraf minħabba ħsara fil-magna.

Real għal darb oħra jew Atletico b’ta’ l-ewwel

Dak li jintlagħab bħala derby lokali fi Spanja llum se jinbidel f’derby Ewropew hekk kif Real Madrid u Altetico Madrid jilagħbu l-finali taċ-Champions League f’Milan. Hija sfida bejn tim mimli stilel għal ieħor li għalkemm mill-istilel mhux nieqes jibbaża iktar il-logħob fuq il-kollettiv. Huma wkoll żewġ timijiet li jilagħbu futbol differenti. Real Madrid skorjaw 110 gowls fil-kampjonat din is-sena u Atletico skorjaw 63 biss. Iżda filwaqt li tal-ewwel qalgħu 34 gowl, Atletico qalgħu biss 18.

Aqra aktar

Alicia Keys fil-finali taċ-Champions League

Illejla se jkun jum speċjali mhux biss għall-plejers ta’ Real Madrid u Atletico Madrid li se jilagħbu l-finali taċ-Champions League. Iżda, se jkun ukoll jum importanti għall-kantanta Alicia Keys li se tkun qed tkanta qabel il-finali. L-Amerikana se tkun l-ewwel kantanta li se tkun mistiedna tagħti dan it-tip ta’ spettaklu qabel l-logħba tant importanti. “Il-familja ta’ ommi mill-Italja u kull meta mmur hemm dejjem inħossni li nintlaqa’ tajjeb,” qalet Alicia Keys.

Aqra aktar

Send this to a friend