Internazzjonali – Page 534 – One News

Notifiki

L-itwal mina fid-dinja inawgurata llum

L-itwal mina fid-dinja se tkun inawgurata llum fl-Iżvizzera wara kważi għoxrin sena ta’ kostruzzjoni.

Il-Gotthard Base Tunnel fiha 57 kilometru u tgħaddi minn taħt l-Alpi Żvizzeri, bejn l-Ewropa ta’ fuq  u l-Ewropa t’isfel. Hu maħsub li din il-mina se tibddel il-mod li bih jiġu trasportati affarijiet madwar l-Ewropa u saħansittra madwar id-dinja, għaliex miljuni ta’ trakkijiet issa jistgħu jinqatgħu mit-toroq Ewropej u minflok tintuża ferrovija għat-trasport.

Aqra aktar

Kemm lest tħallas għal xi ħaġa ta’ Pelé?

Pelé, dak meqjus minn ħafna bħala l-aqwa player, għażel li jinfired mill-kollezzjoni sħiħa ta’ medalji u premji li akkumula tul il-karriera tiegħu.

Il-Brażiljan, li wassal lit-tim tiegħu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet u li kien il-Player tas-Seklu skont Fifa, qed ibiegħ litterlament kollox: mir-replika tiegħu tat-trofew Jules Rimet sa ċurkett ta’ kampjonat tal-1977.

Aqra aktar

Strajk!

Ħaddiema Franċiżi li jaħdmu fuq il-linji tal-ferroviji mistennija jiefqu minn xogħolhom fi protesta kontra riformi fis-suq tax-xogħol. Dan mistenni jkompli jfixkel is-sistema ta’ trasport, li diġa’ għaddejja minn problemi minħabba nuqqas ta’ fuel.

Il-President Franċiż Francois Hollande insista li mhux se jirtira mir-riformi proposti, li jagħmluha ferm aktar faċli biex kumpaniji jħaddmu jew ikeċċu impjegati.

Aqra aktar

Għomru l-ħabs wara li ordna l-qtil ta’ 40,000 persuna

L-eksmexxej taċ-Chad, Hissene Habre, kien ikkundanat b’sensiela ta’ reati kriminali kontra l-umanità u ta’ dan weħel għomru l-ħabs waqt ġuri fis-Senegal.

L-imħallef ikkundannah fuq stupru, u li ordna l-qtil t’aktar minn 40,000 persuna, fiż-żmien li kien imexxi l-pajjiż bejn l-1982 u l-1990.

Vittmi u qraba ta’ dawk li nqatlu laqgħu din l-aħbar b’ferħ barra il-Qorti wara li ngħata il-verdett.

Aqra aktar

Pulido nstab

Alan Pulido, l-attakkant internazzjonali Messikan li jilgħab m’Olimpiakos, instab.  Huwa nħataf qrib daru minn sitt irġiel b’wiċċhom mgħotti. Dak il-ħin kien mal-għarusa tiegħu li tħalliet f’parkeġġ, filwaqt li hu nħataf.

Aqra aktar

MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos

Serqu lil Alan Pulido, plejer internazzjonali Messikan.

Pulido għandu 25 sena u kien maħtuf fit-toroq ta’ Ciudad Victoria, il-kapitali tar-reġjun Tamaulipas. Pulido huwa striker u jilgħab għat-tim Grieg Olympiakos, minbarra li lagħab kemm-il darba mat-tim nazzjonali Messikan.

Aqra aktar

Send this to a friend