Internazzjonali – Page 532 – One News

Notifiki

Imħassra l-logħba Manchester – Bournemouth

Logħba tal-Manchester United kontra Bournemouth mhux se tintlagħab minħabba li nstab pakkett suspettuż f’Old Trafford. Żewġ stands kienu evakwati qabel il-logħba, u klieb li jintużaw fi tfittxija qiegħdin jispjezzjonaw dawn l-istands.

Kick-off kellu jkun fit-15:00 u għal bidu kien postpost. Iżda l-logħba umbagħad kienet abbandunata għal kollox, fuq parir tal-Pulizija.

Aqra aktar

Daqshekk imħatri dwar James Bond

Il-bookmakers waqqfu l-imħatri fuq min se jkun il-James Bond il-ġdid. Dan wara li fl-aħħar jiem tpoġġew ħafna flus fuq l-attur Tom Hiddleston. L-ispekulazzjoni li l-James Bond li jmiss se jkun l-attur Ingliż ta’ 35 sena ilha għaddeja.

Iżda, din żdiedet wara li deher jiltaqa’ Barbara Broccoli, producer u d-direttur San Mendes. Sa issa għadu ma tħabbar xejn uffiċċjalment. Anqas mhu kkonfermat li Daniel Craig ser jirtira minn din il-parti. Iżda, skont rapport f’midja interenazzjonali ntqal li ħafna jemmnu li se jkun Hiddleston id-007 li jmiss.

Tmiem ta’ kampjonati Ewropej

llum tliet klabbs oħra Ewropej ġew inkurunati ċampjins ta’ pajjiżhom.

Barċellona kellhom jistennew sal-aħħar ġurnata biex jiġu inkurunati ċampjins, b’rebħa ta’ 3-0 kontra Granada.

Juventus temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat Taljan b’rebħa ta’ 5-0 kontra Sampdoria.

Fil-Ġermanja kellna lil Bayern Munich jgħollu t-tazza wara rebħa ta’ 3-1 kontra Hannover 96.

Ġlieda kbira f’Moska – imutu f’ċimiterju

Mill-inqas żewġ persuni mietu waqt ġlieda kbira li nqalgħet f’ċimiterju f’Moska.

Il-ġlieda kienet bejn mill-inqas mitejn ruh u seħħet f’ċimiterju bl-isem Khovanskoye. Għadu mhux mgħaruf x’wassal għall-ġlieda u ċertu rapporti qed jgħidu li dawk mejta huma uffiċjali tal-Pulizija.

Aqra aktar

Segretarju Ġenerali mara għall-FIFA

Il-FIFA ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja se jkollha Segretarju Ġenerali mara. Dan tħabbar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-kungress tal-FIFA fil-Messiku. Fatma Samba Diouf Samoura mis-Senegal ser tkun qed isservi f’din il-kariga wara li l-eks Segretarju Ġenerali Jerome Valcke ġie pprojbit għal tnax il-sena minn attivitajiet relatati mal-futbol.

Aqra aktar

Nirien kbar f’Madrid

Nirien kbar ħakmu scrapyard tat-tyres f’Madrid fi Spanja. Dawn in-nirien żiedu fl-intensita taħhhom kawza tar-rih, bis-sema tintela duħħan iswed li kien visibli saħansitra minn tlettin kilometru bod.
Aktar minn għaxar timijiet tat-tifi tan-nar marru fuq il-post, iżda xorta waħda ma rnexxilhomx jikkontrollaw in-nirien aktar minn għaxar sighat wara li bdew in-nirien.

Aqra aktar

Ibra jikkonferma li se jitlaq

L-attakant Svediż Ibrahimovic ikkonferma li se jkun qed iħalli lil Paris St Germain fis-sajf li ġej. Stilla tal-futbol magħruf għas-saħħa tiegħu, il-kontroversja, għal kemm lagħab ma’ timijiet u kemm kapaċi jiskora kiteb fuq twitter u qal: “Ġejt qisni re u se nitlaq leġġenda.”

 

L-ispecial one jonqsu biss il-firma

Huma persistenti r-rapporti li fis-sigħat li ġejjin se ssir uffiċjali li Jose Mourinho, magħruf bħala The Special One, se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Manchester United.

Ix-xniegħa ilha hemm u b’ħafna mill-klabbs ewlenin diġa’ għandhom lest il-bniedem li se jmexxi t-tim kien ovvju li waħda mill-ikbar possibbiltajiet għall-kowċ tal-livell tal-Portugiż huma r-Red Devils.

Aqra aktar

Send this to a friend