Internazzjonali – Page 531 – One News

Notifiki

Obama b’appoġġ lil Clinton

Il-President tal-Istatitu Uniti, Barack Obama, tkellem dwar il-kandidatura ta’ Hillary Clinton f’messaġġ irrekordjat. “Naf kemm hu iebes dan ix-xogħol u għalhekk konvint li hija l-iktar persuna kwalifikata,” qal Obama f’messaġġ irrekordjat li jidher hawn taħt.

Aqra aktar

TKAXKRU MEJJET

Sidt ta’ kelb kaxkret il-kelb tagħha li kien diġà mingħajr ħajja. Jidher li l-kelb tat-tip Labrador, miet waqt li s-sidt ħarġitu jimxi f’waħda mit-toroq ta’ Londra, fiż-żona ta’ Mornington Crescent.Aqra aktar

Adele ssemmi d-diska ta’ Ira

F’kunċert f’Amsterdam il-kantanta ta’ fama kbira, Adele, għamlet referenza għad-diska Walk on Water li Ira Losco kantat fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision. Jidher li din kienet ir-reazzjoni ta’ Adele għall-preżenza ta’ Maltin fl-udjenza. Ma setax jonqos li l-manager ta’ Ira, Howard Keith Debono, jkun sodisfatt u b’ton ta’ xi ftit ċajtier ukoll kiteb “iċ-ċekk mat-triq.”

Mingħalihom se jaraw id-dniefel imma jispiċċaw IS-SIRJA

Tliet ġuvintur Ingliżi qed jgħidu li spiċċaw is-Sirja bi żball, wara li telgħu fuq dgħajsa b’oħra minn Ċipru.

Lewis Ellis ta’ 25 sena, Alex McCormick ta’ 19 u James Wallman ta’ 23 sena kienu waqt btala f’Ayia Napa, meta xorbu ftit iżżejjed wara lejl barra u telgħu fuq vapur li mingħalihom kien se jeħodhom jaraw id-dniefel.

Aqra aktar

Ħames sigħat irqad mhux biżżejjed

Aħbar ħażina għal dawk li jorqdu ftit u anke għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu matul il-lejl u matul il-jum ma jiġihomx in-nagħas: Min jorqod ħames sigħat jew inqas ikun qed ibiddel ir-ritmu tat-taħbit tal-qalb.

Dan joħroġ minn studju magħmul mill-Università ta’ Chicago fejn 25 persuna adulta tħallew jorqadu biss ħames siegħat kull 24 siegħa: nofshom kienu jorqdu bil-lejl u n-nofs l-ieħor matul il-jum, bħal ma jagħmlu dawk li jaħdmu bix-xift ta’ bil-lejl.

Aqra aktar

Il-KE tinvesti €6M f’appoġġ għal stabbilità fil-Libja

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tinvesti ‘l fuq minn €6 miljun f’appoġġ lejn l-isforzi għal stabbiltà fil-Libja.
Minn dawn, €5 miljun se jmorru għall-inizjattiva tal-Gvern Libjan tal-għaqda nazzjonali, għal faċilità ta’ stabilizzazzjoni fil-pajjiż. Inizjattiva sostnuta mill-Programm ta’ żvilupp tan-Nazzjonijiet magħquda u l-komunita’ internazzjonali.Aqra aktar

Berlusconi ddaħħal l-isptar b’uġigħ f’qalbu

L-eksPrim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi ddaħħal l-isptar wara uġigħ relatat ma’ qalbu. Berlusconi, li għandu 79 sena, qed isostni li l-istress huwa l-kaġun ta’ dan l-uġigħ. Kelliema għal Forza Italia, il-partit politiku ta’ Berlusconi, ħabbru li t-testijiet li qed isirulu kienu diġà ppjanati iżda inħasset il-ħtieġa li jsirulu aktar kmieni. Il-kundizzjoni tal-eksPrim Ministru Taljan mhix waħda gravi.

Send this to a friend