Internazzjonali – Page 529 – One News

Notifiki

Numru ta’ logħob interessanti matul il-jum tas-Sibt

Ilbieraħ beda l-league Ġermaniż b’partita waħda. Bayern Munchen bdew id-difiża tat-titlu mirbuħ fl-istaġun li għadda b’rebħa kbira ta’ sitta b’xejn kontra Werder Bremen, bil-Pollakk Robert Lewandowski jiskurja tlett gowls.

Matul il-jum tas-Sibt hemm skedati diversi partiti mill-kampjonati Ingliż, Taljan, Spanjol u Ġermaniż. Fosthom hemm Tottenham kontra Liverpool, Chelsea kontra Burnley, Hull City kontra Manchester United, Lazio kontra Juventus, Napoli kontra Milan, Real Madrid kontra Celta Vigo, Borussia Dortmund kontra Mainz u Borussia Moenchengladbach kontra Bayer Leverkusen.

Aqra aktar

Omm toqtol lil bintha ta’ 10 snin

L-omm li tagħtha l-ħajja, waħda minn dawk kompliċi fil-qtil ta’ ċkejkna li kellha biss 10 snin. Jispikkaw x-xemgħat, il-fjuri u d-dieqa fuq wiċċ il-familjari u l-ħbieb li attendew għall-funeral ta’ din it-tifla li hekk kif deskriet mill-pulizija nqatlet b’mod makabru.

Aqra aktar

Mijiet spiċċaw jgħixu fil-kampijiet

Nies iddisprati għall-ikel u saqaf fuq rashom spiċċaw jgħixu fil-kampijiet. Iktar minn 2,000 Taljan mistennija jkunu sabu kenn f’xi wieħed minn bosta kampijiet armati apposta wara li terremot ħalla ħerba sħiħa b’mod partikolari f’Amatrice. Sa issa kienu ddikjarati mejta 281 persuna u villaġġi sħaħ spiċċaw meqruda.

Aqra aktar

Dybala b’solidarjetà għall-vittmi tat-terremot

Sabiex juri solidarjeta’ mal-vittmi tat-terremot fl-Italja l-Plejer ta’ Juventus Paulo Dybala ser ikun qed joffri esperjenza unika lill-partitarji ta’ Juventus permezz ta’ rkant li minn joffri l-iżjed ser ikun qed jara l-logħba taċ-‘Champions League’ Juventus kontra Seville nhar l-erbatax ta’ Settembru b’ mod esklussiv mill-atrijum tal-unur tal-grawnd ta’ Juventus fil-postijiet li ġeneralment ikunu riservati għall-istess Dybala. Dan l-irkant ser ikun miftuħ għal dawk biss il-partitarji li qed jappoġjaw is-Salib l-Aħmar.

Send this to a friend