Internazzjonali – Page 527 – One News

Notifiki

Għażilt Pariġi għall-vaganza tiegħek?

Is-settur tal-avjazzjoni u dak turistiku, għaddej minn perjodu ħażin f’dawk il-pajjiżi milquta mill-attakki terroristiċi. Jidher li t-Turkija huwa l-aktar pajjiż milqut, bi tnaqqis sostanzjali ta’52% fin-numru ta’ persuni li jagħżlu din id-destinazzjoni għall-vaganza tagħhom, meta kkumparat mal-istess perjodu fis-sena ta’ qabel.

Aqra aktar

41 infettati biz-Zika

Singapor ikkonfermat 41 każ tal-virus Zika li kienu trasmessi lokalment. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li 36 minn dawk infettati kienu ħaddiema barranin fl-istess sit tal-kostruzzjoni, u kollha jgħixu fl-istess reġjun tal-pajjiż.

Aqra aktar

Bomba fi Brussell

Bomba splodiet fl-Istitut tal-Kriminoloġija fi Brussell, iżda ma ħalliet ebda persuni mejta.

Dan seħħ għall-ħabta tas-02:30.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li karozza daħet fil-parkeġġ tal-binja u persuna jew persuni xeħtu bomba qrib laboratorji.

L-allerta fi Brussell għadha għolja ħafna minn mindu kien hemm attakk fl-ajruport ta’ Brussell u l-metro, liema attakki twettaqu mil-Istat Iżlamiku u ħatfu l-ħajja ta’ 32 persuna.

Il-Viċi Kanċillier Ġermaniż f’ġest oxxen li jixtieq kieku għamlu B’ŻEWĠ IDEJN

Il-Ministru Ġermaniż tal-ekonomija u viċi kanċillier għolla subgħajh tan-nofs lil grupp ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw aktar kmieni dan ix-xahar. Sigmar Gabriel issa ddikjara li ma jiddispjaċiħ xejn li għamel hekk. Anzi, l-unika dispjaċir li għandu hu li m’għamilx il-mossa biż-żewġ idejn!

Gabriel, li jiġi dak repsonsabbli wara Angela Merkel, qal li wieħed għandu jaħseb x’kellu jagħmel quddiem grupp ta’ tnax-il żagħżugħ ‘Nazzist’ li kienu agressivi, użaw kiem oxxen u kienu lesti għall-ġlied.

Dan il-konfront seħħ fit-tramuntana tal-Ġermanja, u ż-żagħżagħ sejħulu traditur u semmew il-passat ta’ missieru.

Gabriel kemm-il darba tkellem dwar missieru, li kien jappoġġja lill-partit ta’ Hitler u ċaħad l-Olokawst sakemm miet fl-2012. Wieħed miż-żagħżagħ qallu “missierek kien iħobb lill-pajjiż, u inti qed tirrovinah.”

L-episodju jidher f’dan il-filmat.

Aqra aktar

300,000 immigrant mistenni jidħol il-Ġermanja

Il-Ġermanja qed tistenna li matul din is-sena, fil-pajjiż se jaslu mat-300,000 immigrant.

Dan skont il-Kap tal-Uffiċċju Federali għall-Migrazzjoni u r-Refuġjati.

Frank Juergen Weise sostna li jekk aktar nies jaslu fil-pajjiż, l-uffiċċju tiegħu se jaffaċċja problemi u diffikultajiet kbar. Però qal li jinsab kunfidenti li n-numru t’immigranti li jaslu fil-Ġermanja mhux se jaqbeż dak stmat.

Is-sena li għaddiet, il-Ġermanja rċeviet aktar minn miljun immigrant, l-aktar mil-Lvant Nofsani, mill-Afghanistan u mill-Afrika.

Aqra aktar

Fellaini eroj!

Meta kulħadd madwaru kien qed jiċċelebra r-rebħa ta’ Manchester United kontra Hull, kellu jkun Marouane Fallaini salva supporter minn ġrieħi gravi jew saħansitra xi diżgrazzja.

Fellaini nnota mara li kienet qed titgħaffeġ ma grada, waqt mument ta’ ferħ kbir fil-KCOM Stadium . Hawn il-Belġjan jidher jgħin sabiex il-mara ngħatat l-għajnuna.

Aqra aktar

Biex jerġgħu jinbnew binjiet storiċi wara t-terremot

Mużewijiet pubbliċi fl-Italja qed joffru l-profitti mill-ħlas tad-dħul li jagħmlu fil-Ħdud biex jerġgħu jinbnew il-binjiet storiċi u kulturali li ġġarfu kawża tat-terremot ta’ nhar l-Erbgħa; liema terremot ħasad il-ħajja ta’ 291 persuna.

Kienu ħafna l-knejjes u l-binjiet medjevali li ġġarrfu fl-Italja, meta t-terremot li kejjel 6.2 fuq l-iskala Richter heżżeż il-belt ta’ Amatrice u bliet oħra fir-reġjun ċentrali.

Is-sindku ta’ Amatrice qal li jrid jirrestawra l-belt tiegħu lura għall-glorja tagħha.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi stqarr li huwa kruċjali li ħadd ma jaqta’ qalbu f’dan il-mument.

Send this to a friend