Internazzjonali – Page 526 – One News

Notifiki

Aħbar ħażina għall-ISIS

Midja affiljata mal-Istat Iżlamiku qalet li l-kap tal-istrateġija tal-istess grupp terroristiku inqatel fis-Sirja. L-aġenzija tal-aħbarijiet Amaq qalet li Abu Muhammed al-Adnani miet fil-provinċja t’ Aleppo.

Aqra aktar

AĠĠORNAMENT KAMPANJA AKKWISTI – Jagħlaq l-istaġun ta’ trasferimenti

Illum hija l-aħħar ġurnata fejn fix-xena tal-futbol internazzjonali plejers jistgħu jbiddlu l-clubs tagħhom qabel jasal Jannar li ġej. Huwa għalhekk li one.com.mt se jkun qiegħed jaġġorna bl-aħħar spekulazzjonijiet u wkoll aħbarijiet uffiċjali ta’ trasferimenti. Jidher biċ-ċert li ser tkun ġurnata twila għal numru ta’ clubs. Rapportaġġ ta’ Rodrick Zerafa u Abraham Abela. Aqra aktar

Apple trid tħallas €13-IL BILJUN lill-Irlanda

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lill-kumpanija Amerikana Apple tħallas is-somma rekord ta’ €13–il biljun lill-Irlanda. Din id-deċiżjoni li kienet ikkomunikata mill-Kummissarju Ewropew Marghrete Vestager.

L-investigazzjoni inbdiet fl-2014 u rat kif Apple kienet qed tirrapporta l-qligħ tagħha bejn żewġ kumpaniji mwaqqfa fl-Irlanda, Apple Sales International u Apple Sales Europe.

Il-kumpanija, deskritta bħala ġgant, ħadmet b’dan il-mod biex tiffranka t-taxxa, bil-flus ikunu trasferiti għal uffiċċju ċentrali li la kellu pajjiż, la ħaddiema u lanqas post. Kien biss ftit mill-qligħ li kien iddikjarat l-Irlanda u b’hekk fuqu tħallset it-taxxa.

 

Jittajjar minn ċerva

Ċiklist fl-Irlanda kellhu esperjenza mhux tas-soltu hekk kif waqt li kien qed jieħu sehem f’ Maratona ħabat f’ Ċerva li jidher li kienet qed taqsam it-triq bil-konsegwenza li nqalleb u nqasamlu l-elmu.

Minkejja dan huwa baqa’ għaddej bil-maratona b’ mod normali u rnexxielhu jlesti l-kumplament tal-għaxar kilometri f’sagħtejn u ħamsa u għoxrin minuta.

Aqra aktar

Send this to a friend