Internazzjonali – Page 525 – One News

Notifiki

Omm issalva lil binha minn ħalq l-iljun

F’Colorado, omm salvat lil binha ta’ ħames snin minn ħalq-il mewt, hekk kif fetħet ħalq il-mountain lion wara li dan kien diġà ħataf lit-tifel. Il-każ seħħ fil-ġnien tad-dar tal-familja, meta l-omm semgħet għajjat kbir u meta ħarġet biex tara x’ġara, sabet lil binha f’ħalq l-iljun.Aqra aktar

Jippjanaw attakk terroristiku

l-pulizija Belġjana arrestat tnax-il persuna f’operazzjoni kbira kontra t-terroriżmu, tliet xhur wara l-attakki fatali fi Brussell.

Il-prosekuturi qalu li dawk li kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt huma suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku. Dawn kienu parti minn grupp ta’ 40 li kienu interrogati.

Aqra aktar

Qtil ta’ Jo Cox: L-akkużat Jirrifjuta jagħti ismu

Ir-raġel li huwa akkużat bil-qtil tal-Membru Parlamentari Laburista Ingliża Jo Cox tressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Westminster.

Meta mitlub ismu, Thomas Mair ta’ 52, qal li jismu mewt għat-tradituri, ħelsien għar-Renju Unit.

Cox, li kellha 41 sena, inqatlet b’tiri ta’ pistola u daqqiet ta’ sikkina il-Ħamis f’West Yorkshire.

Aqra aktar

Fejn se jsiru l-Olimpjadi?

Xahrejn ‘il bogħod mill-Olimpjadi, l-istat Brażiljan Rio de Janiero ddikjara emerġenza finanzjarja.

Il-Gvernatur proviżorju qal li l-kriżi ekonomika qed thedded li twaqqaf lill-istat milli tonora l-impenji tagħha għall-logħob.

Ħafna mill-fondi pubbliċi għall-Olimpjadi ġew mill-gvern ta’ Rio, iżda l-istat huwa responsabbli għal numru ta’ setturi, bħat-trasport u l-pulizija.

Aqra aktar

Il-Papa Franġisku b’tigra fil-Vatikan

Il-Papa Franġisku jidher imelles tigra ġewwa l-Vatikan f’avveniment li matulu ltaqgħa ma’ bosta animaturi u ħaddiema taċ-ċirku. Huwa faħħar il-mod ta’ kif dawn l-animaturi jiddedikaw il-wirja tagħhom: “Għal dawk l-aktar fil-bżonn, foqra u li ma għandhomx dar, priġunieri u tfal anqas iffurtunati.”

Aqra aktar

Putin ma jaqbilx

Il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa inġust li l-atleti Russi se jibqgħu projbiti minn kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Olimpjadi ta’ din is-sena f’Rio.

Il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atletika ddeċidiet li ma tneħħix is-sospensjoni li kienet imposta wara akkużi li kien hemm użu ta’ sustanzi illeċiti appoġjat mill-istat.

Atleti individwi jistgħu jikkompetu bħala newtrali jekk jagħtu prova li mhumix ħatja.

Aqra aktar

Iżjed ġlied u l-Istat Iżlamiku

Il-forzi tal-gvern Iraqi ħadu lura f’idejhom il-maġġoranza ta’ Falluja, wara li din kienet ilha f’idejn l-Istat Iżlamiku minn Jannar tal-2014.

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikana Ash Carter qal li għad fadal xi ġlied xi jsir hekk kif l-Istat Iżlamiku għadu jikkontrolla parti sinifikanti tal-belt.

Aqra aktar

Sabet ruħha mdawwra minn 33 raġel

Sitt irġiel u minorenni se jkunu akkużati f’Rio de Janiero bl-abbuż sesswali ta’ tifla ta’ sittax-il sena, filwaqt li ppublikaw ritratti u filmati fuq l-internet.

L-investigatur ewlieni fuq dan il-każ bagħtet l-aħħar konklużjonijiet tagħha lill-prosekuturi, fejn talbithom biex ikunu arrestati s-sebgħa li huma.

Il-vittma qalet li hija sfat drugata wara li marret għand is-sieħeb tagħha, u qamet f’dar differenti mdawwra minn 33 raġel.

Aqra aktar

Wara Franza … l-Italja mal-aħħar 16

It-tim Taljan kiseb postu mal-aħħar sittax hekk kif fl-aħħar ħinijiet tal-partita tagħhom fil-konfront mal-Iżvezja sabu x-xibka permezz ta’ Eder b’gowl mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa l-kbira. Din ir-rebħa tellgħathom fil-quċċata tal-klassifika fi grupp E. Wara Franza, l-Italja kienet it-tieni tim li għamilha mal-aħħar 16.

Send this to a friend