Internazzjonali – Page 524 – One News

Notifiki

X’qed jaħbi Bale?

Il-plejer internazzjonali ta’ Wales u ta’ Real Madrid qiegħed jipprova jaħbi xi ħaġa lil dawk li jsegwu u lil media. Dan qed jagħmlu permezz tax-xagħar twil tiegħu.

Hekk hu. Gareth Bale, ta’ 27 sena, jidher li beda jitfartas iżda dan ma jixtieqx jurih u għalhekk iddeċieda li wara karriera ta’ xagħar ‘spikey’ beda jħalli xagħar twila bit-toppu.Aqra aktar

18,000 imutu f’ħabsijiet tal-istat fis-Sirja

• Rapport ta’ Amnesty International jgħid li dan bejn l-2011 u l-2015

Rapport xokkanti juri kif 18,000 persuna mietu waqt li kienu fil-kustodja tal-gvern fis-Sirja bejn l-2011 u l-2015. Ir-rapport ta’ Amnesty International, li għalih kienu mitkellma 65 persuna li salvaw, jgħid li f’dawn il-ħabsijiet kienu vittmi ta’ swat u stupru kontinwu.Aqra aktar

Merħba Chiclayanita!

Għandha sitt ġimgħat biss u tiżen erba kilogrammi.

Jisimha Chiclayanita, l-iktar addizzjoni riċenti fiż-zoo Legends Park fil-Peru. L-iljunessa għalissa se tinżamm f’post sakemm tikber biżżejjed u tkun tista tingħaqad mal-kumplament tal-iljuni, fejn mistennija tkun l-istilla taż-zoo.
Aqra aktar

Tħassib minħabba Clayton!

Nirien li qed jinfirxu malajr sfurzaw l-evakwazzjoni ta’ madwar 82,000 f’San Bernardino County, fil-Lvant ta’ Los Angeles.

In-nar beda t-Tlieta f’passaġġ tal-muntanja u li diġa ħakem 54,000 tomna t’ art. Eluf ta’ djar jinsabu f’riskju ta’ dak imsejjaħ Bluecut fire, filwaqt li kien iddikjarat stat t’ emerġenza.

Nar ieħor, imsemmi Clayton, li beda s-Sibt fit-tramuntana ta’ Kalifornja, qered 175 dar. Kollox jindika li dan tqabbad apposta minn raġel li qabel kien ħaddiem tat-tifi tan-nar, u li issa ġie arrestat.

Aqra aktar

Kieku tkun friżat u ssir siġra wara mewtek?

Suġġeriment ta’ kif wieħed jista’ jindifen qed iqanqal diskussjoni fuq mezzi soċjali. Wara mewtek, tista’ tkun friżat u eventwalment issir siġra.

Forsi idea tajba għal postijiet fejn il-popolazzjoni hija kbira iżda l-ispazju huwa żgħir. Fl-istess ħin, abbli jkun hemm min jiddejjaq ikun jaf li ġismu se jgħaddi minn dan il-proċess.

Ara l-filmat u biex tikkonkludi x’taħseb.Aqra aktar

Tfal mejta b’mod stramb waqt ċelebrazzjonijiet tal-indipendenza fl-Indja

Tlett persuni, fosthom żewġt itfal, mietu wara li ntlaqtu f’għonqhom minn spag miksi bil-ħġieġ, li tipikament jintuża biex jittajru tajriet f’Jum l-Indipendenza fl-Indja.

It-tfal, li għandhom tlieta u erba snin, kienu qed iħarsu ‘l barra minn sunroof ta’ karozza li kienu rekbin fiha f’Delhi. Raġel ieħor ta’  22 sena ntlaqat waqt li kien qed isuq ir-rota. Pulizija ieħor weġġa’ meta ntlaqat minn żbul simili, li huwa magħruf bħala manja.

Il-gvern ta’ Delhi projbixxa l-użu ta’ dan it-tip ta’ żbul, li jidher hawn fir-ritratt, u wiegħed li se jagħmel kampanja biex jeduka lin-nies fuq il-periklu li jġibu magħhom.

Aqra aktar

Spirtu Olimpiku ta’ vera

Spirtu Olimpiku fil-vera sens tal-kelma; hekk qed jgħidu li għandha l-Amerikana Abbey D’Agostino, li waqfet mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni fit-tellieqa ta’ 5,000 metru sabiex tgħin lill-kompetitriċi tagħha, Nikki Hamblin minn New Zealand.

Hamblin sofriet uġiegħ kbir waqt it-tellieqa, u ntelqet mal-art fuq it-track, sakemm laħqitha D’Agostino, li tfixklet fiha u waqgħat hi wkoll, b’konsegwenza li darbet l-għaksa.

“Qum, din it-tellieqa rridu nispiċċawha” qalet D’Agostino lil Hamblin, f’mument li seraq qlub ħafna minħabba l-altruwiżmu tal-Amerikana.

Aqra aktar

Mimli diesel u maħtuf f’nofs ta’ baħar

Tanker taż-żejt mill-Malażja inħataf u ttieħed fl-ibħra tal-Indoneżja, meta kien qed iġorr 900,000 litri diesel. Dan ikkonfermawh uffiċjali marittimi mill-Malażja , li qalu li l-MT View Harmoni kien sejjer mill-port Tanjung Pepelas fil-Malażja meta nħataf.

Aktarx li issa t-tanker jinsab qrib il-gżira Batam. Iż-żejt abbord huwa stmat li jiswa £300,000. Għadu mhux magħruf min huwa l-moħħ wara l-ħtif ta’ dawn it-tanker.

Għelbet il-problema tad-droga mingħajr r-rijabilitazzjoni

“Jekk għaddej minn tbatija u diffikultajiet, ħares ’il quddiem u nbidel.” Din kienet il-konklużjoni ta’ Kristy Ehrilich f’messaġġ b’saħħtu fuq is-sit soċjali tagħha flimkien ma’ ritratti tagħha biex turi t-trasformazzjoni minn meta kienet tabbuża mill-methamphetamine (crystal meth) u llum – studenta tal-accounts u omm, liema messaġġ rawh iżjed minn 400,000 darba.Aqra aktar

Joao Havelange: Ekspresident tal-Fifa jħallina fl-età ta’ mitt sena

Il-predeċessur ta’ Sepp Blatter fit-tmun tal-Fifa, Joao Havelange miet fl-età ta’ mitt sena. Huwa serva bħala president tal-fifa bejn l-1974 u l-1998. Huwa rriżenja minn President onorarju f’April tal-2013 wara li kien qed jiġi investigat fuq allegazzjoni ta’ tixħim. Sena wara ddaħħal l-isptar is-sena ta’ wara infezzjoni fil-pulmun.

Aqra aktar

Send this to a friend