Internazzjonali – Page 523 – One News

Splużjoni fi New York – Maltin kienu hemm għal ‘New York Fashion Week’

Minn tal-inqas 29 persuna weġġgħu fi splużjoni li seħħet fi New York tard is-Sibt bil-lejl. Splużjoni li seħħet fid-distrett ta’ Chelsea.

F’New York City kien hemm ukoll numru ta’ Maltin – fosthom id-disinjaturi tal-ħwejjeġ Charles & Ron li kienu qed jesebixxu l-kollezzjoni tal-ħwejjeġ tagħhom f”New York Fashion Week’. Fuq is-sit soċjali ta’ facebook huma qalu li jinsabu tajbin u li ma ġewx affetwati minn din l-isplużjoni.

screen-shot-2016-09-18-at-08-22-54
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jgħarraf li wara kuntatti li saru mir-Rappreżentanza Permanenti Maltija fi New York mal-awtoritajiet Amerikani, ma jirriżultax li hemm Maltin fost il-feruti fi splużjoni li seħħet is-Sibt filgħaxija (ħin ta’ New York) f’Manhattan, u li fiha kien irrappurtat li weġġgħu mill-inqas 29 persuna.

F’każ ta’ bżonn, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jista’ jiġi kkuntattjat fuq il-linja tat-telefon + 356 21242191.

F’isem il-Gvern Malti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella, li bħalissa qed jakkumpanja lill-Prim Ministru Joseph Muscat fi New York għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, jawgura fejqan ta’ malajr lil dawk li weġġgħu f’din l-isplużjoni.Aqra aktar

L-ewwel minuri fil-Belġju li għażel l-ewtanażja

Persuna taħt l-età b’marda terminali saret l-ewwel waħda fil-Belġju li ngħatat l-għajnuna biex tmut, wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-età għall-ewtanażja fil-Belġu sentejn ilu.

Il-kap ta’ kummissjoni dwar l-ewtanażja ikkonferma l-każ, iżda ma provda ebda dettall ieħor.

Il-Belġju huwa l-unika pajjiż li jippermetti minuri ta’ kwalunkwe età li jagħżlu l-ewtanażja. L-Olanda tippermetti l-ewtanażja minn 12-il sena ‘l fuq.

Irid ikollhom biss abiltà li jieħdu deċiżjoni konxja u jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-marda terminali tagħhom. Irid ikollhom ukoll il-kunsens tal-ġenituri.

 

 

Il-proċess ‘Brexit’ se jsir waqt il-presidenza tagħna?

Ir-Renju Unit possibilment se jinvoka Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona bejn Jannar u Frar tas-sena li jmiss, ċioe matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2017.

Dan qalu l-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk waqt summit informali li għaddej bħalissa fi Bratislava. Dan is-Summit qed jara 27, minflok 28 kap ta’ membru stat madwar il-mejda tad-diskussjoni.

Aqra aktar

Battalja dwar min hu l-iktar b’saħħtu – litteralment!

Il-kandidata demokratika għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-Amerka, hija b’saħħitha u f’qagħda tajba biex isservi bħala President tal-Istati Uniti.

Dan saħqitu t-tabiba tagħha hekk kif bħala parti mill-kampanja tagħha ppubblikat stqarrija b’informazzjoni medika aġġornata.
L-istqarrija saħqet li saħħet il-kandidata “qed tkompli timxi ‘l quddiem”, wara li saritilha dijanjosi fil-pneumonia.

Aqra aktar

Nies imwerwra minn buffi misterjużi: il-Pulizija Amerikana bi twissijiet

Għexieren ta’ rapporti ta’ buffi saru mall-għases tal-Pulizija madwar l-Istati Uniti dan is-sajf.

Tfal qalu li dawn il-buffi provaw jgħidulhom jidħlu ġewwa foresti billi jinċnetivawhom bil-flus. Dawn ir-rapporti daħlu f’mill-inqas sitt stati. L-aħħar każ seħħ f’Georgia fejn żewġ subien beżgħu tant li telqu jiġru, meta sabu buffu ma’ wiċċhom huma u jistennew li jiġi l-vann tal-iskola. Cameron Frails ta’ 12-il sena qal li raw raġel liebes kollox iswed, b’maskra ta’ buffu u parrokka ħamra.

F’South Carolina, daħlu rapporti ta’ xi ħadd b’ilbies aħmar u isfar, b’maskra għaddej mill-foresti. Kellu dawl tal-laser aħdar u kien qed jippuntah lejn it-twieqi tan-nies.

Aqra aktar

Il-Papa jikkonferma: dawk flimkien iżda bla annullament jistgħu jitqarbnu

Dalwaqt jista’ jkun li naraw koppji jitqarbnu li s’issa ma setgħux. Qed nitkellmu dwar Kattoliċi divorzjati li ma jikkwalifikawx għall-annullament iżda li xorta qedin flimkien u jixtiequ jitqarbnu.

Din kienet waħda mit-temi diskussi b’ċertu interes fiż-żewġ sinodi dwar il-familja li seħħew fl-aħħar snin.

Ir-Radju tal-Vatikan ikkonferma li hija awtentika ittra tal-Papa Franġisku li spiċċat inxterdet u li huwa bagħat lill-Isqfijiet ta’ Bueno Aires. Fiha l-Papa jfaħħarhom għall-linji gwida pastorali li ħarġu dwar l-implimentazzjoni tal-Eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’.

Peress li din l-ittra inxterdet b’mod mhux uffiċjali, kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar jekk hux minnu li l-Papa bagħat l-approvazzjoni tiegħu jew le. Aqra aktar

SOTEU DIRETT: Id-diskors ta’ Juncker dwar l-U.E

SOTEU huwa diskors annwali u dibattitu li matulu l-membri tal-Parlament jirrevedu l-kisbiet tal-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar sena, kif ukoll jagħtu spjegazzjoni tal-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea għal matul is-sena 2017. Wara li l-President tal-Kummissjoni jagħmel id-diskors tiegħu, jibda d-dibattitu bejn il-Membri Parlamentari Ewropej. Dan id-dibattitu jsir kull sena matul l-ewwel sessjoni plenarja ta’ Settembru.
Aqra aktar

Imniedi t-trailer ta’ Fifty Shades Darker

Maħdum fuq is-sensiela ta’ kotba Fifty Shades of Grey miktuba minn E.L. James u li għamlu suċċess fl-2011, imiss li għal festa ta’ San Valentinu li jmiss, jibda jintwera’ fis-swali tat-tapit l-aħmar, Fifty Shades Darker. Wara sentejn ta’ stennija illum kien imħabbar l-ewwel trailer ta’ dan il-film li qanqal lil dawk li qraw il-ktieb mimli passjoni minn lenti ta’ awtriċi mara.

Fifty Shades Darker se jkompli mal-ewwel film minn din is-sekwenza, jiġifieri meta Anastasia, tħalli lill-biljunarju Christian Grey.

Aqra aktar

Send this to a friend